Bid-decizjoni ta’ Lawrence Gonzi jumejn qabel il-budget li b’daqqa ta’ pinna jgholli l-kontijiet tad-dawl u l-ilma ghal darb’ohra, il-gvern ta daqqa kbira l-gholi tal-hajja ghax b’din id-decizjoni se jergghu joghlew il-prezzijiet u ta daqqa ta’ harta lill-postijiet tax-xoghol u n-negozji u se jkun qed jipperikola iktar l-impjiegi.
Dan qalu l-Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat waqt li kien qed jindirizza l-Laqgha Generali Annwali tal-Kumitat Lokali ta’ Haz Zabbar.
Dr Muscat qal li l-Partit Laburista ilu gimghat jishaq fuq li jistenna li dan il-budget ikun wiehed responsabbli li jiggieled l-gholi tal-hajja, jiddefendi jipprotegi u johloq ix-xoghol u jiggieled il-korruzzjoni.
Imma Lawrence Gonzi rnexxielu jkisser dan kollu sahansitra qabel ihabbar il-budget ghas-sena d-diehla ghada fil-ghaxija bid-decizjoni li jgholli l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, qal Joseph Muscat.
Huwa qal li f’dan iz-zmien krucjali ghall-ekonomija, il-familji li jahdmu u jistinkaw kuljum, kienu qed jistennew budget li jaghtihom tama u ragg ta’ dawl li fiz-zmien li gej l-affarijiet se jmorru ghall-ahjar. L-istess kif in-negozji u l-businesses kienu qed iharsu lejn il-Milied u l-bidu tas-sena d-diehla bhala zmien meta jkunu jistghu jiccaqalqu ftit minn din is-sena iebsa.
U dan minhabba li Lawrence Gonzi mhuwiex jinduna li fi zmien krucjali bhal dan zgur li lanqas biss ghandha tghaddilu minn mohhu li jzid il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.
U ghalhekk huwa irresponsabbli, sostna Dr Muscat.
Joseph Muscat qal li b’dak li ghamel billi gholla l-kontijiet tad-dawl u l-ilma qatgha saqajn il-budget li se jipprezenta ghada stess. U issa se jigi ghada jghid kif bil-budget se jghin lill-ekonomija tirkupra. Dan qisu, qal Dr Muscat, l-ewwel taghti daqqa ta’ ponn lill-poplu mbaghad trid tigi ddewwilu ftit mill-ugigh. Min jaf imexxi l-ekonomija u min ghandu vizjoni ghall-ekonomija ma kienx jaghti d-daqqa ta’ ponn mill-ewwel, sahaq il-Mexxej Laburista.
Akkuzi gravissimi fuq il-Ministru tal-Finanzi
Dr Muscat qal li t-tielet punt li l-Partit Laburista ilu jishaq fuqu huwa l-glieda kontra l-korruzzjoni. Minflok ghandna gvern li diehel ghal dan il-budget f’xenarju li ilna ma narawh ghal snin shah. Gvern Mifni b’akkuzi ta’ nuqqas ta’ gudizzju tajjeb. Gvern mifni b’akkuzi li ma jridx jiffaccja fuq kuntratt ta’ €200 miljun ta’ power station li jrid jibni. Gvern mifni b’akkuzi ta’ inkompetenza li lanqas jaf it-trab l-iswed li n-nies li joqghodu fin-nofs u fin-naha ta’ isfel ta’ Malta fid-djar, fuq il-bjut, fil-parapetti taghhom li qed jibilghu huma u uliedhom, minn fejn gej wara ghaxar snin shah.
Dan hu gvern li se jidhol ghal dan il-budget b’Ministru tal-Finanzi ffaccjat b’akkuzi gravissimi li pprova jaghmilha ta’ sensar ma’ xi nies private u ta’ din is-senserjia kienu qed jaghmlulu xi pjacir fil-post fejn joqghod.
Joseph Muscat qal li dawn huma akkuzi li l-Ministru tal-Finanzi u l-Prim Ministru ghandhom iwiegbu ghalihom bl-aktar mod car u jridu johorgu nodfa minn dawn l-akkuzi tant cari u tant serji. Huwa qal li l-Partit Laburista jrid l-ispjegazzjonijiet dwarha u jrid ikun jafu d-dettalji kollha dwar dan il-kaz.
Tnaqqis fil-haddiema jadhmu bi qliegh
Il-Mexxej Laburista tkellem dwar kif ninsabu f’sitwazzjoni fejn naqsu mill-gdid il-haddiema jahdmu bi qliegh bi kwazi 1,200 ruh. Fl-istess hin in-nies bla xoghol illum huma ufficjalment aktar minn 7,200 u zieda fin-nies li x-xoghol ewlieni taghhom huwa part-time u mhux full-time.
Semma kif l-esportazzjoni fit-tielet kwart ta’ din is-sena naqset bi 17% u kif fl-istess perjodu naqset l-importazzjoni b’16%. Ghandna Gvern li dwar dan ma jitkellimx.
Fi zmien allura meta kulhadd ghandu jhares lejn il-budget bhala mod kif nispiraw il-fiducju fl-ekonomija. Fi zmien fejn il-familji ghandhom jghidu li fl-ahhar jistghu jharsu ‘l quddiem lejn il-Milied, lejn il-festi tas-sena l-gdida b’ragg ta’ dawl li l-affarijiet jistghu jkunu ahjar. Fi zmien meta n-negozju jghidulek vera hadna daqqa imma issa huwa z-zmien li nergghu nibdew nimxu ‘il quddiem.
Minflok, il-Gvern ta’ Lawrence Gonzi qabad u gholla l-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Huwa qal li forsi ghollihom ftit jiem biss qabel il-budget biex ma jsemmihomx fil-budget, jew isemmihom ftit. Anzi, qal Joseph Muscat, bil-wicc tost kollu jghid li dan il-budget ma ghollix taxxi.
Taxxa enormi fuq il-poplu kollu
Mela l-kontijiet tad-dawl u l-ilma x’inhuma jekk mhux taxxa enormi fuq il-poplu Malti u Ghawdxi fuq il-familja li jahdmu, familji habbrieka Maltin u Ghawdxin, fuq in-negozju u s-self-employed iz-zghir, fuq il-middle class, fuq dawk in-nies kellhom ic-cans jimxu ‘l quddiem mhux ghax kellhom min jimbuttahom imma tant kemm stinkaw, lill-pensjonanti, lill-istudenti, sostna Joseph Muscat.
Huwa qal li llum il-gurnata ghandna sitwazzjoni fejn Lawrence Gonzi rega’ qed jghid li ma jistax jaghmel mod iehor hlief li jgholli l-kontijiet. Meta tistaqsih ghaliex, jghidlek li ghax il-prezz taz-zejt ghola u qieghed madwar 80 dollaru kull barmil.
Joseph Muscat fakkar lil Gonzi kif il-Ministru responsabbli tieghu, daqs 14-il xahar ilu, kien qal li jekk il-prezz taz-zejt jinzel ghal 80 dollaru – fi zmien meta s-surcharge kien 95% li jfisser li dak iz-zmien ghal kull €100 thallas ridt thallas €195 – is-surcharge tonqos. Imma mhux talli ma naqqasix, imma minn 95% gholliha ghal 140%. Li tfisser li mill-kont tad-dawl li qed nircievu ghal kull mitt ewro li qed nikkonsmaw qed inhallsu €240.
Issa ghaddew 14-il xahar u l-prezz taz-zejt kien jidher li huwa taht it-80 dollaru u jidher li hekk ghadu. F’dan ix-xenarju wiehed kien jistenna li kif qal Austin Gatt la l-prezz baqa’ madwar it-80 dollaru, allura wiehed kien jistenna li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma jew jibqghu l-istess jew jorhsu.
Imma issa qed jghid li jrid sahansitra jgholli s-surcharge ghal aktar minn 140%. B’dan se jkisser lill-familji, se jkisser lin-negozji, se jkisser l-ekonomija tal-pajjiz, qal Dr Muscat.
Iridu jigbru €68 miljun mill-kontijiet
Huwa qal li issa l-Gvern qed jghid li ressaq it-talba tieghu quddiem l-MRA biex jiddeciedi fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Imma l-poplu ghandu dritt ikun jaf x’inhuma l-proposti tal-gvern, b’kemm irid jgholli. Dan biex naraw l-MRA x’qed tghid min-naha taghha ‘il quddiem.
Intqal li l-kontijiet il-godda se jidhlu fis-sehh fl-1 ta’ Jannar. Nittamaw, qal Dr Muscat, li mhux se nersqu lejn sitwazzjoni fejn id-decizjoni tittiehed wara Jannar u n-nies jibdew ihallsu u jikkonsmaw minghajr ma jafu kemm se jkunu ccargjati. Il-prezzijiet iridu jkunu maghrufa qabel l-1 ta’ Jannar, qal Joseph Muscat. Qal ukoll li ghandhom isiru l-istudji bir-reqqa.
Dan, qal Joseph Muscat, biex ma nergghux nigu bhas-sena l-ohra meta l-ewwel Lawrence Gonzi qalilna waqt dibattitu li l-kontijiet mhux se joghlew mill-1 ta’ Ottubru tas-sena l-ohra u fl-istess waqt in-nies kienu qed jikkonsmaw minghajr ma jafu x’qed jahlu u kemm se jhallsu. Ghax dak iz-zmien Lawrence Gonzi kien qarraq meta qal li rrangaw biex il-kontijiet ma jidhlux b’sehh minn Ottubru.
Issa qalulna li ghandu bzonn jigbor €68 miljun iktar minn dawn il-kontijiet. Joseph Muscat qal li jekk taghmel il-kalkolu dawn huma daqs 1.5% tal-gid li tipproduci l-ekonomija Maltija. Jigifieri b’daqqa ta’ pinna minn dawn il-kontijiet il-gvern se jigbor 1.5% mill-gid nazzjonali. Dan huwa kumbinazzjoni l-istess ammont li qed jghid li tefa’ fl-ekonomija biex jghinha u biex jaghti stimolu. U b’daqqa ta’ pinna wahda dawn xorobhom mill-ekonomija bil-kontijiet tad-dawl u l-ilma.
Mhux ta’ b’xejn allura li l-fiducja tal-konsumatur (consumer confidence), qieghda fl-iktar rata baxxa minn kemm ilu jinzamm dan il-kejl, sosta Dr Muscat.
Il-kont tal-ilma ma rahasx meta l-prezz taz-zejt naqas
Huwa qal li mbaghad hemm nuqqas ta’ onesta’ ghax f’April li ghadda caqlaq il-kontijiet u din il-gimgha meta konna fil-parlament qalilna li minhabba z-zieda fil-prezz taz-zejt se jizdiedu l-ispejjez tal-water services b’€5 miljuni. Staqsejnih kif f’April li ghadda allura meta rahas il-prezz taz-zejt ghalfejn ma rahasx il-prezz tal-ilma.
Joseph Muscat qal li allura qeghdin f’sitwazzjoni fejn meta joghla xi l-prezz taz-zejt nitfghuha fuq l-ekonomija, filwaqt li meta jorhos izommha l-gvern. X’nuqqas ta’ responsabblità mal-poplu Malti u Ghawdxi, qal Joseph Muscat.
Proposti tal-PL fil-budget
Dr Muscat qal li wara li gholla l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, ghada l-inqas li jista’ jaghmel hu li jiehu xi proposti tal-PL u jwettaqhom kif jidher li se jaghmel.
Din il-gimgha, qal Dr Muscat, Lawrence Gonzi sab hin jattakka l-proposti tal-PL bhala li ma jistghux jitwettqu li huma irresponsabbli u f’daqqa wahda nafu li whud minnhom se jispiccaw fil-budget. Dan huwa tajjeb ghax ahna naghmlu dan ghall-gid tal-poplu Malti u Ghawdxi biex nibdew mexjin ‘il quddiem.
Imma b’xorti hazina anke f’dan qed ifalli ghax dawk il-proposti li ressaqna, qal Joseph Muscat, huma maghmulin biex jithaddmu minn Gvern responsabbli li l-ewwel haga li jrid jinduna hu li ma ghandux jgholli l-kontijiet tad-dawl u l-ilma.
Dan kien iz-zmien ideali li l-ekonomija tal-pajjiz, bit-turizmu b’kollox, jibdew mexjin ‘il quddiem. Ahna ma niehdux pjacir meta l-pajjiz jimxi lura imma niehdu pjacir meta l-pajjiz jimxi ‘l quddiem, qal Joseph Muscat.
Issa jiddispjacina imma qed naraw li b’mizura tant irresponsabbli tal-kontjiet tad-dawl u l-ilma qed jimmina l-proposti kollha taghna, sahaq il-Mexxej Laburista.
Dr Muscat appella lill-Gvern biex jerga’ jhares lejn il-kontijiet tad-dawl u l-ilma u ma jwebbisx rasu. Ma jghidx sempliciment li se jillokkja l-prezz taz-zejt ghas-sena d-diehla. Ghandu jhares lejn dak li qed jaghmel issa u jerga’ ihares lejn id-decizjoni tieghu.
Joseph Muscat sahaq li l-gvern ghandu jkun responsabbli jipprotegi familji u jipprotegi n-negozji u biex jinghataw ic-cans li jimxu ‘l quddiem.
Dr Muscat qal li jaghmel sewwa l-gvern jekk jiehu l-parir tal-PL li jwaqqaf agenzija tal-konsumatur – anke jekk se jsemmiha mod iehor biex jaghtix il-kredtu lill-PL. Issa nittamaw li taghtiha l-ghodda biex tahdem.
Joseph Muscat staqsa imma, x’messagg qed jibghat il-gvern meta qed jaghmel agenzija li se tissorvelja l-prezzijiet li jaqbdu u joghlew u int qbadt u ghollejt il-kontijiet tad-dawl u l-ilma. In-negozjant iz-zghir allura jigi fuqek mal-ewwel jghid mela lili toqghod fuqi b’sebgha ghajnejn fuqi u l-Gvern jaqbad u jgholli l-kontijiet hu u lanqas jghid b’kemm se jgholli. Dan huwa messagg kunfliggenti u mhuwiex koerenti.
Nistennew li tittiehed azzjoni fil-pitkalija, mhux ezaminazzjoni u jew paroli. Ma jistax ikun li jkollna fost l-oghla prezzijiet fl-Ewropa fuq hxejjex u frott meta l-bdiewa mhux qed jiehdu l-prezz ta’ xogholhom.
Dwar il-qasam tat-turizmu Dr Muscat qal li hemm bzonn li l-Gvern jirrevedi t-taxxa tal-VAT fuq ir-restoranti u huwa ghalxejn li jitressqu studji biex jghidulna li trid issir b’mod u mhux b’iehor jew li hija kkumplikata wisq. Dan fuq kollox qed isir minn pajjizi ohra bhal Franza u l-Germanja.
Huwa punt politiku li jrid ihares lejh f’din il-kwistjoni li bid-decizjoni li jaghlaq il-bibien ghal din il-proposta ghax jista’ jkun li qed jorbot idejn gvernijiet future. Dan ghax l-UE issa qed taghti din l-eccezzjoni u jista’ jkun li fil-futur meta jkun irid japplikaha gvern iehor, l-UE tghidlu li la fl-eqqel tal-krizi u ma wzajtux ic-cans li tapplikaw din il-mizura allura kif qed titolbu issa. Il-Gvern ghandu jhares lejn dan il-punt anke bhala responsabbiltà storika u ma jorbotx idejn gvernijiet futuri.
Joseph Muscat qal ukoll li l-Gvern ghandu jaqbad u jnehhi t-taxxa ta’ 50 centezmu fuq it-turizmu. Ghax issa jghidulna li intom qed tghaggbuha u kulhadd sejjer lura. Imma pajjizi ohra li qeghdin fl-istess dinja, bhat-Turkija mxew ‘il quddiem.
Il-Mexxej Laburista qal li dan il-gvern ma jemminx fil-qasam tat-turizmu u qed jibghat dan il-messagg b’ghemilu. Dan meta ma ghamilx ministru ghat-turizmu imma ghamel segretarju parlamentari li huwa part-time fuq it-turizmu ghax tah ukoll il-qasam tal-MEPA. Dan il-gvern mhux veru jemmen fit-turizmu u m’ghandux ghal qalbu l-qasam tat-turizmu li huwa 40% tal-ekonomija. Il-PL minn dejjem emmen f’dan il-qasam meta kien fil-gvern kemm fis-sittinijiet, sebghinijiet u tmeninijiet u anke fil-gvern tas-1996.
Dr Muscat qal ukoll li l-gvern ghandu jara kif lin-negozjant onest u li dejjem ihallas it-taxxi ma jkomplix jaghfsu iktar u dan in-negozjant onest ikun ippremjat u dan billi tigi riveduta s-sistema tal-eko-tax.
L-istess kif il-Gvern ghandu jimpenja ruhu u jidhol f’negozjati mal-banek biex jitnehhew it-tariffi amministrattivi ghan-negozjati, self-employed iz-zghir u familji.
Joseph Muscat qal ukoll li dawk il-haddiema li jispiccaw bla xoghol ghandhom jinghataw nifs ta’ sena fuq il-loan tad-dar u dan isir bi dritt. Ghax ahna rridu li dak il-haddiem li jahdem f’hanut zghir li jispicca mix-xoghol u ma jispiccax fil-headlines bhal meta jintilfu mijiet ta’ impjiegi f’daqqa, tkun protetta u jkollha drittijiet daqs meta jitnehhew mija f’daqqa.
Irridu wkoll stimolu fis-suq tal-propjeta permezz ta’ revizjoni serja u mhux nofs lehja ta kif ikun intaxxat is-suq tal-propjetà.
Il-kejl tal-budget
Joseph Muscat qal li ma jistax ikun li issa nibqghu sejrin li nhabbru mizuri li jissemmew u jibqghu fuq il-karta.
Il-bzonn ta’ azzjoni saret iktar urgenti minhabba d-decizjonijiet hziena ta’ Lawrence Gonzi matul l-ahhar sena.
Joseph Muscat temm billi qal li l-hidma ta’ Lawrence Gonzi se nkejluha fuq il-glieda ghall-gholi tal-hajja. Li jfisser li rridu nuru li l-prezzijiet hemm x’taghmel dwarhom u li ma jkunx hemm abbuzi fil-prezzijiet. Irid juri wkoll li biex jaghti l-ewwel ezempju ma jkunx hu li jgholli l-hajja.
Kejl iehor se jkun ix-xoghol. Kif se jipprotegi x-xoghol u jara li jkun hawn xoghol gdid u xoghol ahjar. U mhux ikun hu li jipperikola x-xoghol billi jgholli l-kontijiet tad-dawl u l-ilma.
U bil-glieda kontra l-korruzzjoni li hija sempliciment taxxa ohra. It-taxxi li ghandhom jintefqu tajjeb f’toroq, skejjel, sahha u mhux f’taxxa li tmur fil-but tal-korrotti, tal-middle-men u billi jsiru l-pjaciri.
Huwa ghalhekk li b’dawn il-kejl se nkunu qed nistennew dak li se jsehh, bit-tama u l-konvizjoni li s-sewwa jerbah zgur, sostna Joseph Muscat.