PL and PSE
 

Il-poplu ma semax dak li se jolqtu fil-laham il-haj... Kemm se joghlew il-kontijiet tad-dawl u l-ilma

leadimage

Din is-sena, il-poplu sema diskors tal-budget ta’ saghtejn u nofs izda ghadu ma semax dak li veru se jolqtu fil-laham il-haj, jigifieri kemm se joghlew il-kontijiet tad-dawl u ilma. Lawrence Gonzi kien diga’ immina l-Budget bid-decizjoni irresponsabbli li ha li jerga’ jgholli l-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

 

Dan qalu l-Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat fl-ewwel reazzjoni tal-Oppozizzjoni.

 

Huwa qal li l-haddiema, studenti, middle class, pensjonanti u self-employed, flimkien mal-familji taghhom kienu qed jistennew Budget responsabbli li jrazzan l-gholi tal-hajja, jipprotegi u johloq ix-xoghol, u jiggieled il-korruzzjoni.

 

Minflok, Lawrence Gonzi u Tonio Fenech irnexxielhom jergghu jghollu l-hajja sahansitra qabel il-Budget bid-decizjoni irresponsabbli li jghollu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, u qed jipperikolaw ix-xoghol tal-Maltin u l-Ghawdxin b’ din l-istess decizjoni. Il-poplu ma semax lanqas jekk hux se jerga’ joghla u b’kemm se joghla l-prezz tal-gass.

 

L-aktar punt importanti din is-sena, qal Joseph Muscat, kienet li l-poplu sema’ budget izda ma semax dak li veru se jolqtu fil-laham il-haj, jigifieri id-decizjoni irresponsabbli kemm se joghlew il-kontijiet tad-dawl u ilma.

 

Joseph Muscat qal li bl-ikbar wicc tost, Lawrence Gonzi u Tonio Fenech qalu li se jghinu lill-familji b’€10 miljuni, imma ma qalulnix li se jiehdu €85 miljun aktar minn fuq il-familji mill-istess kontijiet tad-dawl u l-ilma.

 

Din hija irresponsabilta ta’ Gvern skreditat li minflok jaghti tama u jghin biex il-familji u n-negozji iqumu fuq saqajhom ghal zmien il-festi, tahom daqqa ohra b’ dawn il-kontijiet, qal il-Mexxej tal-Partit Laburista.

 

Joseph Muscat qal li l-Gvern dahal ghal dan il-Budget b’allegazzjonijiet serji hafna fil-konfront tieghu: mill-commission ta’ €4 miljuni fix-xiri tal-power station ghat-telf ta’ mill-inqas €40 miljun minn fuq iz-zewg vapuri tal-Fairmount; mill-iskandlu tal-VAT ghal allegazzjonijiet ta’ kif qed titmexxa l-Awtorita’ Maltija ghat-Turizmu; minn kazi cari ta’ ksur ta’ kodici tal-etika ghal allegazzjonijiet ta’ pjaciri kontra pjaciri.

 

Fid-dawl ta’ dan kollu, dan il-Gvern issa sar wiehed skreditat. Skreditat f’budget li huwa ammissjoni b’nofs qalb ta’ falliment, qal Dr Muscat.

 

Joseph Muscat qal li l-PL jinnota b’sodisfazzjon li wara snin ma jaghmel xejn, tal-inqas ha xi uhud mill-proposti mressqa mill-PL, fosthom it-twaqqif tal-Agenzija ghal-Protezzjoni tal-Konsumatur, li jsir monitoring tal-prezz tal-medicini, u li ssir revizjoni tas-sistema tal-Pitkalija.

 

Nittamaw li ma jigrix bhas-soltu u dawn il-mizuri li habbar il-gvern jibqghu fuq il-karta u ma jsir xejn, qal Dr Muscat.

 

Huwa sostna li l-PL jinsab dizappuntat li proposti ohra jew gew imdawra, jew lanqas biss gew ikkunsidrati, jew imwarrba bhal fil-kaz tat-tnaqqis tal-VAT fuq ir-restoranti kif ghamlu pajjizi ohra. Ninsabu dizappuntati li fil-qasam tat-turizmu ma saret ebda referenza ghat-taxxa tal-50 centezmu li jfisser li lanqas kellu l-kuragg inehhiha.

 

L-istess bhal taxxa gdida fuq kull min irid jibni xi haga. Il-Ministru staha jghid kif il-MEPA se tkun qed tgholli t-tariffi ghax se jitnehha l-apportionment tal-MEPA. Din se tkun u hija ta’ piz ghall-first time buyers ukoll. Din hija mizura ta’ €6 miljuni u allura l-MEPA se tigbor dawn il-flus fuq kull min se japplika ghal permess jew iehor.

 

Joseph Muscat qal li f’dan il-Budget irresponsabbli, Lawrence Gonzi u Tonio Fenech jirrepetu weghdiet li ilhom isiru ghal snin shah u li qatt ma twettqu.  Is-sena l-ohra u ta’ qabel u ta’ qabel kienu qalu li kienu se jinvestu f’ nefqa kapitali biex tistimula l-ekonomija, izda spiccaw biex ma lahqux il-miri li poggew huma stess. 

 

Il-Budget jikkonferma ukoll li l-Gvern falla ghal kollox il-miri tieghu dwar id-deficit.  Lawrence Gonzi u Tonio Fenech fallew il-mira tad-deficit mhux ghax ghenu lill-industrija jew biex isalvaw l-impjiegi, izda ghaliex ma kienux realistici, hlew il-flus, u m’ ghamlu xejn dwar inefficjenzi u korruzzjoni li ghalihom se jkomplu ihallsu l-familji u n-negozji.

 

Is-sena li ghaddiet Lawrence Gonzi u Tonio Fenech kienu qalu li l-ekonomija se tikber bi 2.4 fil-mija imma rrizulta li ckienet bi 2 fil-mija. Id-deficit sploda minn €89 ghal €258 miljun. Dwar in-nefqa kapitali s-sena l-ohra kien qalilna li kien se jonfoq €328 miljun imbaghad qalilna li se jonfoq €287 miljun u issa hareg li nefaq €270 miljun. Attwalment il-Gvern nefaq biss €222 miljun. Is-sena l-ohra qalina li se jonfoq €348 f’nefqa kapitali u rrizulta li forsi €303 miljun. U allura wiehed jistaqsi kemm  huwa realistiku l-weghda li rega’ ghamel din is-sena li se jkun qed jinvesti f’nefqa kapitali ghal din is-sena ta’ €429 miljun.

 

Dr Muscat qal li fil-jiem li gejjin il-Partit Laburista se jkun qed johrog ir-reazzjoni dettaljata tieghu ghal dan il-budget.

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME