Parti mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma maghrufa bhala non-fuel costs u inefficjenzi ohra kif ukoll bidla fil-formola teknika li biha l-Gvern jahdem il-kontijiet ilahhqu ghal €15-il miljun. Somma li qed tintefa kollha kemm hi fuq il-familji u n-negozji.
Dan qalu l-Mexxej tal-Partit Laburista u Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat waqt konferenza tal-ahbarijiet wara d-diskors tieghu b’reazzjoni ghall-Budget 2010 li ressaq il-Kap tal-Oppozizzjoni llejla fil-Parlament.
Dr Muscat ippropona lill-gvern li jahdem il-formola mod iehor u dan ikun ifisser li l-poplu jiffranka dawn il-€15-il miljun. U jekk huwa vera li l-kontijiet se jizdiedu b’€14-il miljun kif qal il-Ministru Tonio Fenech, dan ikun ifisser li l-gvern jibqaghlu miljun ewro li jkun jista’ jghaddihom ghal prijorità ohra bhal fuq is-sexual health policy
Joseph Muscat qal li waqt ir-risposta tieghu kixef ukoll kif il-Ministru Austin Gatt ikkwota prezzijiet taz-zejt kif inxtraw f’Malta li huma 20 fil-mija oghla mill-prezz tas-suq.
Huwa akkuza lill-Gvern li rega’ ghat-tieni sena wara l-ohra qed idahhal incertezza kbira bil-kontijiet tad-dawl u l-ilma u li dan se jirrefletti fuq il-familji u n-negozji.
Dr Muscat qal li l-Partit Laburista huwa tim li jifforma parti minn politika gdida, ta' partit proposittiv, li jwieghed dak li jista' jwettaq.
Joseph Muscat qal li dan il-gvern ma jistax jibqa’ ikun iggudikat fuq dak li iwieghed izda fuq dak li jwettaq. Huwa qal li dan hu gvern li ma jwettaqx dak li iwieghed u li jaghzel li jhalli lill-poplu f'incertezza fuq affarijiet essenzjali ghall-hajja bhal kontijiet tad-dawl u ilma u affarijiet ohra.
"Il-kontijiet tad-dawl u ilma, il-prezz tal-gass, petrol u diesel u taxxa gdida tal-MEPA jghidhom wara l-budget. Nahseb vera li trid tibda tiggudika lil dan il-gvern mhux fuq dak li jghid izda dak li wettaq,” qal Joseph Muscat.
Huwa qal li zewg budgets wara l-weghda tal-gvern li jnaqqas l-income tax baqghet ma twettqitx.
It-taxxi li jhallas il-poplu suppost imorru ghall-investiment kapitali, izda minflok qed ikun hemm hela tal-flus. Huwa qal li l-mod kif il-gvern mar zmerc b'sitt miljun ewro fil-salarji ta' haddiema impjegati fl-ufficcju tal-Prim Ministru.
Joseph Muscat irrefera ghall-attakki li qed ikun sottopost ghalihom l-awditur tal-MEPA ghaliex qed jghamel xogholu. Filwaqt li wera solidarjetà mieghu sostna li l-funzjoni tal-awditur tal-MEPA hija krucjali.
Huwa elenka lista ta’ weghdi li saru fil-budget tas-sena l-ohra u ma twettqux din is-sena li jammontaw ghal tal-inqas 40 weghda. Qal li dan juri kif dan il-Gvern ma tistax tiggudikah fuq dak li ghamel, ghax iwieghed hafna u ma jwettaqx.
Dr Muscat qal li wasal iz-zmien ghal patt bejn il-poplu fejn ninsew l-affarijiet li jifirduna. Fil-politika li tressaq il-proposti fiha r-riskju taghha. Imma ahna mhux qeghdin hawn ghac-capcip biss imma biex naghmlu l-affarijiet ahjar u nemmen li nistghu naghmlu l-affarijiet ahjar.