PL and PSE
 

Ghawdex jista' jkun il-mutur ekonomiku li jixpruna l-ekonomija u johloq ix-xoghol

leadimage

Il-vizjoni tal-Partit Laburista ghal Ghawdex hija li din il-Gzira tista’ tkun il-mutur ekonomiku li jixpruna lill-pajjizna. Mutur li mhux johloq ix-xoghol mhux biss ghall-Ghawdxin f’Ghawdex imma anke ghall-Maltin. U c-cavetta ghall-holqien tal-impjiegi kemm f’Ghawdex huwa t-turizmu.

Dan qalu l-Mexxej Laburista Joseph Muscat meta kien qed jindirizza l-laqgha generali annwali tat-13-il distrett il-Hadd fil-ghodu fir-Rabat, Ghawdex.

Dr Muscat tkellem fit-tul dwar il-potenzjal ta’ Ghawdex u qal li Ghawdex jista’ jkun success mhux ghall-Ghawdxin biss imma anke ghal Malta kollha. Ghandna rizorsi ambjentali u potenzjal ta’ zvilupp f’Ghawdex li jmorru flimkien u filwaqt li nharsu l-ambjent naraw li jkun hawn zvilupp sostenibbli tassew. Zvilupp fejn meta nghidu ghandna progett ghal Ghawdex, dan il-progett isir u jhalli l-frott tieghu.

Il-Mexxej Laburista qal li t-turizmu huwa c-cavetta ta’ kollox biex Ghawdex jerga’ jibda jahdem. Turizmu li ma jkunx bit-tilqit, bicca bicca, fejn darba kultant jidhol vapur tat-turisti. Imma turizmu regolari li jerga’ jibda jiggenera l-impjiegi.

Jien ma nharisx lejn Ghawdex bhala mazzra, jew mascot li naghtu xi haga lill-Ghawdxin biss ghax jibdew igorru. Imma nara f’Ghawdex mutur ekonomiku.

Dr Muscat staqsa kif jista’ jkollok fiducja fil-Gvern meta jitkellem dwar eco-Ghawdex meta fl-istess hin qed jittiehdu decizjonijiet ambjentali hziena hafna f’Ghawdex stess. Decizjonijiet li jgharrqu l-ambjent u mhux jghinuh.

Hemm bzonn ta’ aktar accountability u mhux kull sena nigu ghall-budget, ikollna nurmu ta’ weghdi cut and paste ikkuppjati mill-budget tas-sena ta’ qabel u ta’ qabel. Progetti bhat-triq ta’ Xlendi, tad-Dipartiment tar-Radjologija, ta’ Villa Rundle, tal-Ggantija. Fejn hi l-accountability, staqsa Joseph Muscat.

€115,000 f’konsulenzi fuq Eko-Ghawdex

Dwar eko-Ghawdex s’issa rajna biss fuljett, fuljett sabih ipprintjat fuq karta li mhix riciklata. Imma din il-gimgha kien hemm zviluppi dwar eko-Ghawdex, u l-unika zvilupp li kien hemm s’issa kien li nfaqna €115,000 f’kosulenzi fuq dan il-kuncett. U ma jien nara xejn s’issa, sostna l-Mexxej Laburista.

Dr Muscat qal li l-livell tal-ghixien tal-Ghawdxin qatt daqs illum ma kien hazing fejn anke l-middle-class Ghawdxija qeghda tlaqqat daqqa fuq rasha. L-inkwiet fuq il-prezzijiet qed jilhaq l-Ghawdxin ukoll. L-inkwiet dwar ix-xoghol u l-qaghad wasal u far f’Ghawdex. Fejn iz-zghazagh Ghawdxin m’ghadhomx jaraw il-possibilta konkreta li jahdmu f’Ghawdex. U ghalhekk nifhem l-inkwiet tal-Isqof ta’ Ghawdex dwar ix-xoghol.

It-turizmu huwa c-cavetta ghax-xoghol

Joseph Muscat qal li t-turizmu hija c-cavetta biex Ghawdex u Malta jergghu jibdew jahdmu. Ic-cavetta biex pajjizna johrog mill-krizi.

Huwa kkritika l-mod kif minflok ghen it-turizmu, il-Gvern dahhal taxxa ta’ 50 centezmu fuq kull turist. Fl-istess hin ghamel studju biex ma jnaqqasx it-taxxa tal-VAT fuq ir-restoranti fejn qal il-pajjiz jitlef hafna flus u li allura t-tkabbir li naraw ma jkunx kbir bizzejjed.

Imma tajjeb li jiftakar Lawrence Gonzi li f’weghda elettorali tal-PN, fil-Manifest Elettorali ‘Iva Flimkien Kollox Possibbli’ il-PN kien wieghed f’punt numru 13 li: “Inkomplu nahdmu mal-pajjizi tal-UE biex innaqqsu certi rati ta’ VAT fuq setturi importanti ghall-ekonomija ta’ pajjizna bhal ristoranti, li l-Gvern qed jipproponi lill-UE li jnizzel minn 18% ghal 5%.”

Dr Muscat qal li minn hawn tohrog id-dizonestà ta’ dan il-Gvern fejn fl-elezzjoni jippropni mod u mbaghad jigu f’budget u jaghmel studju biex ma jwettaqx weghda elettorali tieghu stess.

Il-kuncett tal-Whistleblower

Il-Mexxej Laburista qal li dan il-Gvern mhuwiex kommess li jiggieled il-korruzzjoni.

Semma l-kaz tal-kuntratt tal-power station tal-Enemalta li sewa lill-poplu €200 miljun li minnhom €4 miljuni marru fil-but ta’ xi hadd f’commissions. Kuntratt li ma setax jinghata lill-kumpanija li ntghazlet kieku ma nbidlitx il-ligi. Kuntratt li gie ffirmat minghajr cameras u cerimonji minkejja li l-investigazzjoni fuq il-mod kif inghata ghadha mhix konkluza.

Dr Muscat qal li kien ghalhekk li huwa qal lill-Prim Ministru biex f’Malta tiddahhal il-ligi tal-whistleblower. U l-Prim Ministru dak il-hin qal, il-ligi tal-whistleblower isservi biex min hu korrott jikxef lil haddiehor li hu korrott bhalu. Imma dan mhux hekk, din il-ligi tinkludi li jekk persuna jahdem f’xi kumpanija statali u jinduna b’xi haga li sejra hazin imur jirrapporta lill-awtoritajiet minghajr il-biza’ li jigrilu xejn.

Imma anke l-kuncett tal-whistleblower jidher li qed jiskartaw, qal Dr Muscat.

Huwa semma bhala ezempju l-kaz tal-vapur ta’ Ghawdex fejn ghax kaptan li tkellem dwar l-abbuzi li kienu qed isir gie sospiz.

Dr Muscat qal ukoll li qajjem il-kwistjoni tal-preskrizzjoni fil-kaz tal-politici biex din titnehha u mhux nibqghu bis-sitwazzjoni fejn fil-kaz tal-politici wara 10 snin qisu ma gara xejn. Imma l-Prim Ministru qghad idur mal-lewza, u ma kkommettix ruhu.

Imbaghad jinsab f’din is-sitwazzjoni fejn ghandna ministru li qed ihallih jikser il-kodici tal-etika.

Joseph Muscat qal li din il-gimgha l-Ministru tal-Finanzi gie mistoqsi mid-Deputat Owen Bonnici biex ipoggi fuq il-mejda tal-Kamra l-email jew l-ittra li fiha talab lill-Prim Ministru permess biex isiefer ma’ negozjanti. Imma l-Ministru qal li t-talba saret bil-fomm. U allura ghalhekk jikber is-suspett ghaliex il-Prim Minsitru ghadu ma wegibx l-allegazzjoni li ghamel il-gurnalist Godfrey Grima li qal li minn informazzjoni li ghandu jidher li lanqas din it-talba ma saret. Kieku veru hekk il-Prim Ministru qieghed jghatti gidba.

Attakka istituzzjonalizzat fuq l-Awditur tal-MEPA

Imbaghad il-Prim Ministru qed jinhela jattakka lil min irid is-serjetà f’pajjizna, qal Joseph Muscat. Huwa qal li mhux dejjem taqbel ma’ dawn in-nies, imma ma jfissirx li tattakkahom.

Dawn huma nies li qed jipprovaw ikissru din il-kultura ta’ omertà, bhall-awditur tal-Mepa l-Perit Joe Falzon li qed jigi suggettat ghal attakk istituzzjonalizzat.

Imbaghad in-nies x’qed jaraw fil-MEPA. Qed jaraw hnizrijiet bhal ma sar fil-kaz tal-Bahrija. Anzi, Prim Ministru li qed jappoggja lill-kandidat Nazzjonalista u jitfa’ fuq pedestal lil min qed jaghmel din il-hnizrija. Arroganza anke bil-mod kif jitkellmu dawn in-nies mas-socjetà.

Dan bhad-decizjonijiet ambjentali li qed jittiehdu f’Ghawdex fejn l-izviluppi li qed jigu proposti jkissru ghal kollox il-kuncett ta’ eko-Ghawdex.

Il-kuntratt tas-Super Yachts

Dr Muscat semma wkoll il-kuntratt tas-Super Yachts u sejjah lill-Prim Ministru biex jitkellem dwar dan il-kuntratt u jghid fejn waslu. Dan meta suppost il-kuntratt qed jinghad li miexi u fl-istess waqt qed jinghad li ebda wahda mill-offerti ma ssodisfat ir-rekwiziti li qed jitlob il-gvern.

Staqsejt jekk hux veru li l-privatisation unit tat rakkomandazzjoni mod, imma l-Ministru ma accettax dik ir-rakkomandazzjoni. Staqsejt jekk ir-rakkomandazzjoni kenitx favur dik il-kumpanija li tefghet l-ghola offerta. Staqsejt ghaliex il-Ministru ma accettahiex. X’sehem ghandu f’dan kollu l-eks-CEO tat-Tarzna, dak il-bniedem li thalla jitlaq wara l-iskandlu tal-Fairmount.

Huwa ghalhekk li ghandna bzonn ta’ iktar accountability fil-pajjiz, sostna Dr Muscat.

Gbir ta’ fondi fit-13 ta’ Dicembru

Dr Muscat qal li ghal dan kollu l-Partit Laburista lest ikompli jahdem u jiltaqa’ u jitkellem mal-firxa kollha tas-socjetà.

Qal li filwaqt li l-Gvern il-hin kollu jippompja l-flus biex jipprova johnoq il-messagg tal-PL, f’sitwazzjoni fejn jekk il-PL jghid xi haga l-Gvern juza l-fondi pubblici biex jirribattih, sitwazzjoni fejn fis-segretarjat tal-Prim Ministru hemm 37 persuna impjegat, allura huwa ghalhekk li l-PL idur darba fis-sena fuq il-poplu u jitolbu l-ghajnuna.

Dr Muscat qal li din is-sena l-PL se jkun qed jorganizza gimgha shiha ta’ attivitajiet socjali u politici biex jimmarka Jum ir-Repubblika. Gimgha li fiha se jkun hemm turija cara li l-PL mhux interessat biss li jigbor il-flus, imma se jkun hemm divertiment ghall-familja biex nuru li kulhadd haqqu zvog. Fl-istess hin se nkunu qed nitolbu dak il-kontribut zghir biex il-PL ikompli jikber, qal il-Mexxej Laburista.

Dr Muscat qal li fi zmien fejn il-monopolji qed jispiccaw fl-ekonomija, il-monopolji qed jispiccaw anke fuq affarijiet ohra, u b’hekk sostna li anke jekk qatt kien hemm monopolju fuq is-sewwa, dan issa spicca, ghax is-sewwa se jerbah zgur.

 

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME