PL and PSE
 

In-negozji z-zghar u l-haddiema huma krucjali biex l-ekonomija Ewropea tirkupra

leadimage

Jehtieg li ma nitkellmux biss fuq l-effetti tal-krizi ekonomika internazzjonali, izda nitkellmu aktar fuq kif is-socjetà taghna tista’ tqum fuq saqajha minn din il-krizi. Bhala Socjalisti ghandna nkunu ahna li nitkellmu fuq kif l-ekonomiji taghna se jirkupraw.

 

Dan kien il-messagg tal-Mexxej Laburista Joseph Muscat, hekk kif illum indirizza t-8 Kungress tas-Socjalisti Ewropej fi Praga, ir-Repubblika c-Ceka.

 

Negozji zghar, dawk li jahdmu ghal rashom u anki intraprizi akbar ilkoll ghandhom sehem importanti x’jaghtu lill-ekonomija taghna biex tirkupra u tqum fuq saqajha. Dawn ukoll, flimkien mal-haddiema, studenti u pensjonanti jiffurmaw parti mill-moviment progressiv li jehtieg jinbena madwar l-Ewropa kollha.

 

Ghalhekk il-htiega ta’ tmexxija progressiva fl-Ewropa, fejn trid tghaqqad lin-negozjanti z-zghar, intraprizi akbar u anke l-haddiema, ghax dawn kollha ghandhom sehem importanti fl-ekonomija taghna.


Il-Mexxej Laburista appella ghal alleanza wiesgha bejn min ihaddem u l-haddiema, li tahdem fuq il-principji ta’ tmexxija serja, trasparenti u kontabbli.

Dan huwa mument importanti fi zmien fejn l-Ewropa tinsab dominata minn tmexxija konservattiva li qed tifred u mhux tghaqqad, qal il-Mexxej Laburista.

 

Dr Muscat appella favur il-htiega ta’ diskussjoni fuq temi u suggetti li jolqtu lill-Ewropa u lil stati membri bhal Malta, fosthom is-sigurtà u l-immigrazzjoni.

L-Ewropa tinsab f’salib it-toroq u n-nies qed jistennew decizjonijiet cari minghandna l-moviment progressivi, tenna Joseph Muscat.

Il-Mexxej Laburista semma illi fl-istess hin li kien ta’ sodisfazzjon ghalih li jattendi ghal din il-laqgha fi Praga huwa wera x-xewqa tieghu li kungress bhal dan kellu jsir qabel is-summit ta' Copenhagen d-Danimarka sabiex jaffettwa ahjar id-decizjonijiet li se jittiehdu hemm.

Il-Kungress tas-Socjalisti Ewropej qed iressaq ghall-approvazzjoni tal-membri prezenti zewg rizoluzzjonijiet. It-tema tal-ewwel rizoluzzjoni hija "In-nies l-Ewwel: Agenda Progressiva fl-Unjoni Ewropea" u l-ohra "it-Triq il-Quddiem ghall-Partit Socjalista Ewropej aktar b'sahhtu".

 

Il-Mexxejja Socjalisti Ewropej qed jiddiskutu ukoll it-Tibdil fil-Klima fejn fost l-ohrajn l-ekonomista Amerikan u espert tal-Gnus Maghquda Geoffery Sachs se jkun qed jaghmel prezentazzjoni fuq is-suggett.

Ghal dan il-kungress qed jattendu politici prominenti fosthom sitt Prim Ministri ta' pajjizi fl-Unjoni Ewropea, zewg Kummissarji Ewropej u bosta mexxejja Socjalisti.

 

Id-delegazzjoni Laburista hija mmexxija mill-Mexxej Laburista Joseph Muscat, u tinkludi wkoll lil Dr George Vella, Dr Alex Sceberras Trigona, Marlene Mizzi u Maria Camilleri. Flimkien maghhom qed jattendu ghal dan il-Kungress il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew, Louis Grech kif ukoll, Michael Cohen u Claudette Abela Baldacchino f’isem il-Kumitat tar-Regjuni u Aaron Farrugia f’isem il-Fondazzjoni IDEAT.

 

 

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME