Il-progett tal-Lufthansa Technik huwa xhieda tal-kapacità tal-haddiema, nies teknici u nies fil-management Maltin u Ghawdxin li jahdmu u jaghtu servizz ta’ livell gholi hafna, li qed iwassal biex din l-intrapriza tkun success ghal pajjizna.
Dan qalu l-Mexxej Laburista Joseph Muscat meta kien qed imexxi delegazzjoni mill-Partit Laburista fi zjara li saret fil-facilitajiet tal-Lufthansa Technic, f'Hal-Farruga.
Louis Giordimaina, il-Kap Ezekuttiv ta' Lufthansa Technik Malta, dawwar lil Joseph Muscat madwar il-facilitajiet li ghandha l-kumpanija f'Hal-Farrug fosthom iz-zewg hangars, hwienet tax-xoghol u swali fejn jinhaznu l-ispare parts tal-ajruplani.
Joseph Muscat qal li l-Partit Laburista mhux biss juri l-apprezzament tieghu lejn il-kumpaniji li jinvestu f’pajjizna, imma wkoll lejn il-haddiema li qed jaghtu kontribut ferm siewi. Il-Lufthansa hija kumpanija ezemplari ghax tinvesti kontinwament mhux biha fiha nnifisha imma anke madwarha permezz ta' investiment fl-edukazzjoni b’mod partikolari fl-Istitut tal-MCAST fejn qed jitharrgu studenti f’dan il-qasam.
Il-mexxej Laburista qal li dan l-impenn tal-Partit Laburista bhala partit li qed jaspira li jkun fil-gvern hu li l-investituri mhux ikunu mghejuna darba u jithallew ghal rashom, imma kull investiment ikun indukrat mas-snin.
Id-decizjonijiet li jittiehdu fil-futur iridu jiehdu in konsiderazzjoni l-kumpaniji li jkunu diga’ investew f’pajjizna, qal Joseph Muscat.
L-investiment tal-Lufthansa Technik imur lura ghaz-zmien meta l-Ewro Parlamentari Laburista Louis Grech kien Chairman tal-Air Malta. Dr Muscat qal li dan il-progett huwa frott tat-tmexxija li kellu vizjoni ghall-pajjizna u li sab nies mieghu li setghu jaghmlu din il-vizjoni realtà, bhal ma huwa Louis Giordimaina li huwa l-Kap Ezekuttiv tal-Luftahansa Technik, Malta.
Il-Kap Ezekuttiv tal-kumpanija, Louis Giordimaina rringrazzja lill-Partit Laburista ghal din iz-zjara u esprima l-apprezzament tieghu ghall-fiducja u l-appogg li dejjem kellu l-Partit Laburista ghal dan l-investiment.
Jakkumpanjaw lill-Mexxej Laburista f'din iz-zjara kien hemm il-President u Segretarju Generali Ad Interim Stefan Zrinzo Azzopardi, il-Kelliemi Ewlieni Laburista Carmelo Abela u Chairman tal-Grupp ta’ Ko-ordinament Karmenu Vella.