PL and PSE
 

Joseph Mizzi kellu rabtiet u ftehim mal-kumpanija li tat parir lil Enemalta biex tintghazel it-teknologija tal-BWSC

leadimage

Dokument li ghandu f'idejh il-Partit Laburista jikkonferma li Joseph Mizzi, l-agent tal-kumpanija Daniza BWSC li rebhet il-kuntratt ta' €210 miljun tal-Power Station il-gdida, jiftahar li kellu rabtiet u ftehim mal-kumpanija Lahmeyer International. Il-Lahmeyer International hija l-kumpanija li tqabbdet mill-Enemalta biex tqabbel l-offerti u taghti parir indipendenti dwar l-offerti li ntefghu ghall-power station.

 

Din il-kumpanija Germaniza Lahmeyer International instabet hatja ta’ tixhim u korruzzjoni f’ghadd ta’ pajjizi. Minhabba dawn il-kazijiet il-Lahmeyer International giet blacklisted mill-Bank Dinji (World Bank).

 

Dan ifisser li bejn l-2006 u l-2013 Lahmeyer International - il-kumpanija li l-Gvern ta’ Lawrence Gonzi qaghdet fuq il-parir taghha biex taghzel it-teknologija tal-BWSC - ma tistax tiehu progetti mill-Bank Dinji.

 

Dawn il-fatti godda gew zvelati mill-Kap tal-Oppozizzjoni u Mexxej Laburista Joseph Muscat waqt il-programm Wide Angle, immexxi minn Krista Caruana s-Sibt filghodu.


Dr Muscat qal li dawn l-izviluppi godda jitfghu dubji akbar fuq il-process tal-ghoti tal-kuntratt dwar l-estensjoni tal-power station f’Delimara.

Il-PL jghaddi l-informazzjoni lill-Awditur Generali

Dr Muscat qal li flimkien mad-Deputat Laburista Evarist Bartolo ghaddew din l-informazzjoni l-gdida lill-Awditur Generali biex ikompli jinvestiga l-kaz iktar kmieni din il-gimgha.

 

Il-Mexxej Laburista qal li f’Lulju 2008 il-kumpanija Germaniza Lahmeyer International ressqet ir-rapport ‘Emission Assessment of Diesel Generator Units and Combined Cycle Gas Turbines – Comparison’ li kienet tqabbdet thejji mill-Korporazzjoni Enemalta biex tanalizza l-livell ta’ tniggiz mit-teknologija tal-makni ghall-estensjoni tal-power station f’Delimara. 

Il-bord tal-aggudikazzjoni tal-Enemalta qaghad fuq il-parir tal-Lahmeyer International biex jghid li l-makni tal-impjant tal-BWSC huwa tajjeb u l-livell ta’ tniggiz se jrazznu biex ikun skond il-ligi.

Il-Lahmeyer International fir-rapport taghha ghalkemm qalet li t-teknologija tal-BWSC hi prototip, qalet ukoll li jista’ jahdem tajjeb u ahjar minn tal-MAN li wkoll ippropona impjant jahdem bil-Heavy Fuel Oil. L-Enemalta uzat din il-konkluzjoni biex tghid li t-teknologija tal-BWSC hija tajba u trazzan it-tniggiz.

L-agent lokali tal-BWSC huwa s-sur Joseph Mizzi.

Jezisti dokument bid-data ta’ nhar it-Tnejn, 7 ta’ April 2008, e-mail miktuba minn Joseph Mizzi stess fit-2.50pm u mibghuta lill-kumpanija ohra li fiha Joseph Mizzi jiftahar bir-rabtiet tieghu u ftehimiet ma’ diversi kumpaniji internazzjonali fosthom il-BWSC u l-Lahmeyer International.

Dan ifisser li l-kumpanija Lahmeyer li tqabbdet mill-Enemalta biex taghmel rapport dwar l-offerti tal-power station kellha rabtiet u ftehim ma’ Joseph Mizzi li kien qed jirrapprezenta lill-BWSC, li l-Lahmeyer suppost tat parir indipendenti dwarha.

Blacklisted mill-World Bank

Il-Lahmeyer ghandha fama hazina hafna internazzjonalment, fejn instabet hatja ta’ tixhim u korruzzjoni f’ ghadd ta’ pajjizi.

Sahansitra, il-Bank Dinji ddecieda li minhabba l-kazi ta’ korruzzjoni mdahhla fihom zgur mhix se tinghata progetti tieghu bejn is-sena 2006 u 2013.

Jigiferi l-Lahmeyer International hija black listed mill-World Bank.

Il-Mexxej Laburista qal li taht il-Gvern ta’ Lawrence Gonzi, il-Lahmeyer mhijiex idahhla biss fl-Enemalta, imma qed tinghata sehem importanti fil-qasam tal-energija.

Fost affarijiet ohra hija tipprovdi pariri fuq tibdil fil-ligijiet ambjentali, taghmel studji fuq l-impatt ambjentali u studji fuq it-teknologija tal-power stations u tal-cables (interconnectors) li jwasslu l-elettriku bejn pajjiz u iehor.

Hemm iktar minn kaz wiehed fejn il-Lahmeyer International instabet hatja li tfassal l-istudji taghha b’mod li fl-istudji taghha li jintuzaw biex jinghata xi kuntratt kbir, tghin lil xi kumpanija li trid tghin u mhux ghax dik il-kumpanija jkollha l-ahjar offerta.

Il-Lahmeyer International hija maghrufa wkoll li ma taghtix kaz il-hsara ambjentali u kemm jintlaqtu hazin in-nies bil-progetti li taghti pariri dwarhom.

Minhabba progett fl-Afrika, tal-Lesotho Highlands Development Authority, li l-Lahmeyer International kienet imdahhla fih u xahhmet ufficjali tal-gvern biex tiehu l-kuntratti, 27,000 ruh kellhom imorru jghixu xi mkien iehor ghax tilfu l-ghelieqi li kieni jahdmu.

Fil-31 ta’ Jannar 2008 il-Bank Dinji iddikjara li minhabba l-kazi ta’ korruzzjoni li l-Lahmeyer International instabet hatja dwarhom fil-progett tal-Lesotho Highlands Development Authority, din il-kumpanija li qed juza l-Gvern ta’ Lawrence Gonzi, ma hi se tinghata l-ebda sehem fi progetti ffinanzjati mill-Bank Dinji ghal seba’ snin.

Dawn jistghu jitnaqqsu biss jekk il-Laymeyer International tkun lesta tikxef kazi ohra ta’ tixhim u korruzzjoni li kienet involuta fihom fis-snin li ghaddew.  Il-Lahmeyer International izda irrifjutat li tikkopera mal-Bank Dinji fl-investigazzjonijiet dwar il-kazi taghha ta’ tixhim u korruzzjoni.

Investigata wkoll fin-Nigerja dwar kazi ta’ korruzzjoni dwar Power Stations

Il-Lahmeyer International instabet hatja dwar sitt akkuzi ta’ korruzzjoni mill-Qorti ta’ Lesotho li ddepozitat kwart ta’ miljun dollaru f’bank Svizzeru tas-CEO tal-Awtorita` tal-Ilma ta’ Lesotho biex tiehu l-kuntratti tal-progett. Il-Qorti tal-Appella ikkonfermat is-sentenza kontra Lahmeyer International dwar it-tixhim

Barra minn hekk, il-Kummissjoni dwar il-Kriminalità Finanzjarja u Ekonomika tas-Senat u l-Parlament tan-Nigerja qed jinvestiga diversi kumpaniji fosthom il-Lahmeyer International dwar kazi ta’ korruzzjoni dwar Power Stations fin-Nigerja.

Dr Muscat qal li meta jara dawn l-affarijiet kollha, jinkwieta u huwa b’hekk li l-Partit Laburista hass li ghandu d-dmir li jghaddi dawn l-izviluppi l-godda lill-Awditur Generali u li jitkellem b’dawn l-izviluppi pubblikament.

Lawrence Gonzi jiddefendi lil BWSC u Joseph Mizzi


Il-Mexxej Laburista fakkar kif il-kumpanija BWSC ukoll kellha diversi kazijiet ta’ korruzzjoni fil-passat. Fosthom kaz minnhom li kienet twaqqfet investigazzjoni dwaru fid-Danimarka, mhux ghax ma saritx korruzzjoni, kif qal Lawrence Gonzi, imma biss ghax din il-kumpanija wettqet dan l-att barra l-pajjiz u skont il-ligi Daniza ta’ dak iz-zmien ma kenitx possibbli li dawn jitressqu.

Minkejja dawn il-fatti, Lawrence Gonzi, iktar kmieni din il-gimgha hassu komdu jiddefendi lil din il-kumpanija.

Fil-fatt dwar il-passat u l-kazi ta’ korruzzjoni tal-BWSC huwa ddefenda lill-BWSC u lil Joseph Mizzi billi qal li dawn taw il-provi illi din l-allegazzjoni kienet alegazzjoni zbaljata, kienet alegazzjoni falza, kienet alegazzjoni li giet ikkontestata f’qrati barra minn Malta u rrizultat li ma kinitx vera.

Dr Muscat qal li dak li qal Lawrence Gonzi mhuwiex vera u li kien qed iqarraq jew konxjement, jew inkella ghax ma jafx il-fatti sew.

 

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME