PL and PSE
 

Joseph Muscat juri l-appogg tieghu u tal-PL favur l-immodernizzar tal-Kostituzzjoni ta' Malta

leadimage

Il-Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat esprima l-qbil tieghu mal-proposta tal-President tar-Repubblika favur l-immodernizzar tal-Kostituzzjoni ta’ Malta.

Filwaqt li ta l-appogg tieghu u tal-Partit Laburista ghall-proposta tal-President li jitwaqqaf il-Kunsill tal-Istat kif propost mill-President, Dr Muscat qal li wasal iz-zmien li nharsu lejn it-tigdid tal-Kostituzzjoni b’mod shih biex tkun tirrefletti r-realtajiet ta’ pajjizna. Dan ghandu jsir bhalissa meta ma ahniex fi zmien ta’ krizi imma fi zmien meta kwalunkwe tibdil jista’ jsir b’mod mahsub u bi qbil.

Wasal iz-zmien li kif dik il-konstituzzjoni tat zvolta ‘l quddiem lill-pajjizna, nharsu ‘l quddiem biex mhux biss f’mumenti ta’ krizi dan il-pajjiz jhares il-kostituzzjoni tieghu u forsi jraqqa’ l’hemm u ‘l hawn imma bi sforz genwin sforz nazzjonali nharsu lejn il-kostituzzjoni kollha kemm hi biex tirrifletti l-aspirazzjonijiet u taghti vizjoni ghas-snin li gejjin ta’ Malta, qal Dr Muscat.

Il-Mexxej Laburista qal dan waqt li l-Partit Laburista ta qima lil Malta Repubblika fuq il-mafkar fi Triq Dicembru 13, fil-Marsa flimkien maz-zewg deputati mexxejja Anglu Farrugia u Toni Abela, il-membri tal-amministrazzjoni Laburista mmexxija mill-President Stefan Zrinzo Azzopardi, deputati, sindki u kunsilliera. Poggew ukoll il-fjuri s-Sezzjoni Kunsilliera, l-Ghaqda Veterani Laburista, Forum Zghazagh Laburisti u l-Ghaqda Nisa Laburisti.

Dr Muscat qal li l-Festi Nazzjonali huma kollha holqa wahda u li kull jum nazzjonali ghandu jinghata gieh ghax huma jirriflettu l-ghaqda nazzjonali.

 

Huwa qal li l-festa tar-Repubblika hija Jum ta’ Ghaqda Nazzjonali. Qal ukoll li 35 sena ilu l-Parlament ressaq wiehed mill-aktar dokumenti progressivi li qatt resqu quddiem il-Parlament Malti li kien ibbazat fuq Repubblika mibnija fuq ix-xoghol u tat drittijiet lil kull persuna f’Malta.

Joseph Muscat qal li laqa’ b’mod pozittiv id-diskors tal-President ta’ Malta George Abela fl-okkazjoni ta’ Jum ir-Repubblika li fih filwaqt li spjega r-relevanza storka tar-Repubblika rega’ rreafferma l-bzonn li f’pajjizna ma jkollna ebda forma ta’ diskriminazzjoni.

Il-Mexxej Laburista esprima b'dispjacir irrimarka kif l-uniku monument li ghandna f’pajjizna li jissimbolizza Jum ir-Repubblika jinsab fi stat mitluq u prekarju. Huwa qal li l-Partit Laburista qed jappoggja t-talba li ghamel il-Kunsill Lokali tal-Marsa biex dan jiehu f'idejh ir-restawr tal-Monument tar-Repubblika halli jinghata l-importanza u jkun fi stat li jixraqlu. Fakkar ukoll fil-mod xejn dinjituz li thalla monument iehor li jissimbolizza l-ghaqda nazzjonali, dak tas-Sette Giugnio.

Huwa qal li l-vizjoni ta’ dan il-moviment hija li l-jiem nazzjonali jkunu kollha kemm huma ta’ kulhadd u li jghaqqdu lill-pajjiz.

 

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME