PL and PSE
 

Bzonn ta' tmexxija b'sahhitha li taghti stabbilta', li tghaqqad u toffri vizjoni

leadimage

Il-Partit Laburista, jien u t-team tieghi, lesti li naghtu tmexxija b’sahhitha lill-pajjiz, li ddahhal stabbilità, li tghaqqad, li toffri vizjoni. Jien u t-team tieghi m’ghandniex ghalfejn nitilfu hin naraw l-affarijiet ta’ bejnietna ghax ahna team maghqud. Mhux se nahlu hin prezzjuz minn tieghek, imhallas mit-taxxi li tant teghreq ghalihom, biex naraw kif inraqqghu l-affarijiet ta’ bejnietna. Ahna se niffukaw, sa mill-ewwel minuta, fuq li noholqu aktar xoghol, naraw li tkun tista’ taffordja ghixien ahjar u nipprotegu l-ambjent.


Dan qalu l-Mexxej Laburista Joseph Muscat waqt intervista li saret mill-gurnalist Jonathan Attard fuq Super Radio radio, dalghodu.

Dr Muscat qal li l-PL irid ikun fil-Gvern ghax kapaci johloq ix-xoghol, jara li jkollna prezzijiet li l-pagi jistghu jlahhqu maghhom, jiggieled il-korruzzjoni mhux jahbiha, jiddefendi l-ambjent, jghin lis-self employed juzaw il-potenzjal taghhom, igib investiment, ihares l-ambjent ta’ uliedna, ma jghabbix lill-familji habrieka u negozji bi spejjez esagerati bhal kontijiet tad-dawl u tal-ilma.


Dan kollu se jsir ghax huwa dmirna mal-haddiema, middle class, self employed, studenti u pensjonanti – nisa u irgiel ta’ kull età Maltin u Ghawdxin, qal il-Mexxej Laburista.

 

Joseph Muscat qal li l-PL irid ikun fil-Gvern mhux biss ghax dan il-Prim Ministru u dan il-Gvern mhumiex kapaci, imma ghax huwa u l-PL huma kapaci li jatghu direzzjoni lil dan il-pajjiz. Madankollu fil-verità, dan il-Gvern qed juri li hu inkapaci.

Il-problema hija l-mod kif imexxi Gonzi

Dr Muscat qal li Lawrence Gonzi sar problema ghall-pajjiz u ftit fadallu ghazliet. Minflok jichad dak li qed jigri madwaru ghandu jiehu d-decizjoni li l-aktar hemm bzonn biex titnehha l-incertezza u l-instabbilità. Il-problema, qal Joseph Muscat, mhuwiex deputat wiehed Nazzjonalista, imma huwa l-mod kif qed imexxi Lawrence Gonzi.

Sena u nofs wara li wieghed par idejn sodi, Lawrence Gonzi kisser lill-familji habrieka u lin-negozji b’zieda, tnejn fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, halla lil min jisfregja ambjent u jattakka lil min jiddefendih bhall-Awditur tal-MEPA, qed jiffaccja akkuzi kbar ta’ inefficjenzi, hala u serq kif johrog mir-rapport tal-Awditur, irid lill-familji ihallsu ghas-sahha minkejja li wieghed sahha b’ xejn, qed jeghreq fil-korruzzjoni, u issa holoq aktar instabbilità u incertezza b’ dak li gara fil-Parlament.

Lawrence Gonzi wieghed par idejn sodi, u minflok ghandu par idejn tat-tafal, bi Gvern jaqa’ bicciet, u li titlef il-kontroll, sostna Dr Muscat.

Krizi wara l-ohra

Il-Mexxej Laburista qal li f’sena u nofs, il-poplu Malti u Ghawdxi kollu Lawrence Gonzi holoq krizi wara l-ohra.

Holoq krizi ekonomika bil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, fi zmien meta suppost kien qed jghin lill-familji habrieka u lin-negozji, u meta l-prezz taz-zejt kien qed jonqos.

Holoq krizi socjali bl-istess kontijiet u bin-nuqqas ta’ azzjoni fuq prezzijiet specjalment tal-ikel u l-medicini.

Holoq krizi ambjentali bil-mod ta’ kif halla li jsir abbuz tal-ambjent, tkellem biss dwar riforma tal-MEPA u l-muntanja se twelled gurdien, u intefa jattakka lill-Awditur tal-MEPA.

Holoq krizi morali meta qed jaqbez ghal kumpaniji li instabu hatja f’ pajjizi ohra ta’ korruzzjoni u jiddefendi lil min ha €4 miljun f’ commissions fil-kaz tal-power station ta’ Delimara.

Holoq krizi politika ghax mhux kapaci izomm lil partit tieghu maghqud, u issa qed inissel instabilita’ u incertezza li thedded ix-xoghol.

L-instabbiltà thedded ix-xoghol

Joseph Muscat qal li Lawrence Gonzi ghandu Gvern instabbli u issa l-problema tant harget fid-deher li m’ghadhiex kwistjoni biss tieghu u affari tieghu ta’ kif se jsolviha hu u kif jibqa’ kap tal-Partit Nazzjonalista, u ta’ kif se jiddendel mall-poter.

Issa saret kwistjoni ta’ kull familja habrieka Maltija u Ghawdxija. Saret kwistjoni ta’ kull negozju. Ghax l-instabbilità u l-incertezza jheddu x-xoghol.

Dr Muscat sostna li ghandna Prim Ministru li hsiebu dwar kif se jaqghalu l-partit tieghu bicciet. Dik saret il-priorità tieghu. Titkellem ma’ nies fil-Gvern stess u jitkellmu fuq x’ se jigri ghada b’dak id-deputat jew bl-iehor.

Il-Mexxej Laburista qal li hadd fil-Gvern, wisq l-inqas il-Prim Ministru, ma huwa qed jiffoka fuq il-bzonnijiet tal-haddiema, middle class, self-employed, pensjonanti u studenti Maltin u Ghawdxin. Faqqghu l-kontijiet tad-dawl u tal-ilma li nizzlu lill-familji gharkupptejhom u huma hsiebhom dwar il-glidiet ta’ bejniethom.

Huwa qal li Lawrence Gonzi u n-nies tieghu qed jifthu l-kanuni kontra shabhom meta suppost qed jifthu l-kanuni kontra l-qghad, l-gholi tal-hajja mhux gustifikat, in-nuqqas ta’ servizz fil-qasam tas-sahha u l-korruzzjoni.

Dan huwa tipiku ta’ Gvern arroganti u li mhux qed jifhem lin-nies.  Saret parti mill-kultura ta’ dan il-Gvern li hsiebu fih inniffsu u lest li jaccetta anki l-medjokrità biex jibqa fil-poter, qal Dr Muscat.

Il-Mexxej Laburista sostna li l-familji habrieka u n-negozji Maltin u Ghawdxin ma jisthoqqilhomx medjokrità. Jisthoqqilhom l-ahjar ghax-xoghol, prezzijiet, sahha u ambjent.  U l-flus li l-flus li jithallsu f’ taxxa m’ ghandhomx imorru f’ korruzzjoni.

L-uniku interess taghna huwa tal-familji habrieka u negozji Maltin u Ghawdxin, li f’ gurnata wahda qalghu id-daqqa tal-kontijiet u qed jaraw ix-xoghol mhedded mill-instabbilita’ u l-incertezza, temm Dr Muscat.

 

 

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME