Fi ftit jiem, il-gvern l-ewwel qal f’dikjarazzjonijiet pubblici li jrid jigbor €74 miljun iktar mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma u mbaghad ghamel talba lill-Awtorità tar-Rizorsi biex jigbor €79 miljun iktar. L-MRA kull ma ghamlet meta qalet li mhux se tilqa’ z-zieda li qed jitlob il-gvern kien li nehhiet dawn il-hames miluni li faqqas il-Gvern minn imkien. Din tqajjem mistoqsijiet kbar ta’ minn fejn gew f’daqqa wahda dawn il-hames miljuni fi ftit jiem, u t-tieninett x’kienu qed jirrapprezentaw. Dan allura jitfa’ mistoqsijiet ohrajn ta’ ghalfejn intnefhet il-figura qabel marret ghand l-MRA.
Dan qalu l-Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat waqt intervista li saret mill-gurnalist Jonathan Attard fuq Super Radio radio, dalghodu.
Joseph Muscat qal li fid-dawl ta’ dan, id-dikjarazzjoni tal-MRA li riedet tibghat messagg lill-Gvern biex jigbor anqas f'kontijiet tad-dawl u l-ilma hija diskutibbli. Dan ghaliex it-talba li l-gvern ghamel lill-MRA kienet minfuha b’hames miljun ewro aktar minn dak li kien habbar ftit jiem qabel dwar kemm ried jigbor aktar mill-kontijiet il-godda tad-dawl u l-ilma.
Dr Muscat qal li r-rati l-godda tal-Kontijiet tad-dawl u l-ilma li kienu mhabbra din il-gimgha se jpoggu lill-familji u lin-negozji gharkubbtejhom u dan meta l-prezz taz-zejt madwar id-dinja qed jonqos, qal il-Mexxej Laburista.
Huwa qal li f’dan il-kuntest kollu jifhem it-talba tal-maggoranza tas-socjetà civili li ssir diskussjoni urgenti fl-MCESD, ghax bid-decizjoni li ha fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma l-gvern hassar it-tajjeb li seta kien fih il-budget.
Il-Mexxej Laburista qal li Lawrence Gonzi qed ikompli jzid l-incertezza meta qal li qed jirriserva d-dritt li jappella mit-tariffi mhabbra mill-MRA. Dan ghax anke jekk din id-dikjarazzjoni saret minhabba kwistjoni burokratika, xorta l-Gvern qed jibghat messagg ta’ incertezza lin-negozji u l-familji habrieka li l-kontijiet ghad jistghu joghlew iktar.
Hlas ghas-servizzi tas-sahha
Joseph Muscat tkellem ukoll dwar ir-riforma tas-sahha u qal li anke l-Assocjazzjoni Medika
Maltija, bhall-Partit Laburista, qed tghid li din ir-riforma se tkun qed idahhal hlas ghas-servizzi tas-sahha.
Dan qed isir minkejja l-weghdi solenni ta’ Lawrence Gonzi kemm qabel l-elezzjoni generali u anke qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Dr Muscat qal li dan l-istess rapport li gie pprezentat dan l-ahhar gie michud minn Lawrence Gonzi u ftit hin wara li l-Prim Ministru nduna li kien f’idejn il-PL, beda jlaqlaq u rega’ wieghed li s-sahha se tibqa’ b’xejn. Issa ftit xhur wara r-rapport gie ppubblikat.
Dan hu punt li Lawrence Gonzi rebah l-elezzjoni bih u ghall-Partit Laburista mhuwiex accettabli li jiddahhal hlas ghas-servizzi tas-sahha kif qed jigi propost, qal Dr Muscat.
Il-Mexxej Laburista rrefera wkoll ghar-rapport tal-Awditur Generali u qal li lanqas huwa accettabbli ghall-PL sitwazzjoni fejn qed jinkera apparat mediku lil sptarijiet privati. Dan b’konsegwenza li jekk pazjent ghandu bzonn operazzjoni jispicca fil-waiting list ghal snin shah. U jekk jaqta’ qalbu u jmur fi sptar privat, jinduna li dak l-isptar qed juza l-apparat tal-isptar generali u jkollu jhallas ghalih.
L-MRA u l-Enemalta jaghmlu uzu minn kumpanija korrotta
Joseph Muscat ghamel referenza ghall-istharrig tal-opinjoni pubblika tal-Unjoni Ewropeja, li jghid li hamsa u disghin fil-mija tal-Poplu Malti jemmen li l-korruzzjoni hija problema ewlenija f'dan il-pajjiz.
Huwa semma kif l-MRA, l-istess bhall-EneMalta, qed taghmel uzu mill-konsulenza tal-kumpanija Germaniza Lahmeyer li nstabet f'aktar minn okkazjoni wahda hatja ta' korruzzjoni u li hija ‘black listed’ mill-Bank Dinji.
Filwaqt li l-Bank Dinji qed jghi li mhux se jaghti kuntratti lil din il-kumpanija li nstabet hatja ta’ korruzzjoni sa l-2013, l-Enemalta u l-MRA ghadhom qed jiehdu konsulenza minghandha.
Ir-rapprezentant Malti tal-Kumpanija BWSC ghandu rabta mal-istess Lahmeyer, il-kumpanija li tat konsulenza lill-Enemalta dwar liema hi l-ahjar sistema ghall-estenzjoni tal-Power Station f’Delimara.
L-istorja tal-BWSC hi wahda bla precedent, qal Dr Muscat. Biex il-kumpanija rebhet il-kuntratt mhux biss nkisret policy tal-Kabinett Nazzjonalista li kienet tghid li rridu mmorru ghal sistema li tahdem bil-gass, imma nbidlet ukoll il-ligi ambjentali dwar l-emissjonijiet mindu fethet l-offerta sakemm ghalqet. Il-BWSC gew Malta u flok wiegbu iktar hallew mistoqsijiet, u lanqas ma jkollna twegibijiet dwar kif il-persuna li ghandha tirrapprezenta lill-BWSC ghandha kuntatti gholjin fil-politika.
U wara dan kollu johrog li l-istess persuna, is-Sur Joseph Mizzi, mhux biss huwa rapprezentant u nghata commission tal-BWSC b’kuntatti gholja fil-politika, imma kellu rabtiet ukoll mal-Lahmeyer, li tat parir lill-Enemalta biex tintuza t-teknologija tal-BWSC.
Jien kommess li t-taxxa tal-korruzzjoni nkomplu niggilduha, qal Joseph Muscat. Lawrence Gonzi f’dan ukoll qed juri nuqqas ta’ tmexxija ghax flok jiehu l-messagg u jagixxi, qed jiddefendi bil-kliem tieghu u l-agir tieghu lil min il-PL qed jesponi b’korruzzjoni.
Quddiem dan kollu Joseph Muscat ghamel kuragg lil familji Maltin u Ghawdxin u assigurhom li l-Partit Laburista se jibqa jkun hemm biex jiddefendi l-interessi taghhom. Dan filwaqt li awgura lil kulhadd Milied hieni u sena ahjar.
Huwa rega' awgura fejqan ta' malajr lill-President tar-Repubblika filwaqt li qal fl-ahhar sighat tkellmu bit-telefon u hareg Dr Abela nhass li kellu moral tajjeb hafna.