PL and PSE
 

L-intolleranza hija marda kiefra li rridu nibqghu nikkumbattu

leadimage

Il-qtil ta' Karin Grech u l-qtil ta' Raymond Caruana, kienu delitti li saru minhabba intolleranza politika. Din l-intolleranza hija marda kiefra li l-poplu Malti u Ghawdxi ghandu jibqa’ jikkumbatti.

Dan qalu l-Mexxej Laburista Joseph Muscat meta flimkien mal-amministrazzjoni Laburista attendew quddiesa li saret fil-Knisja Parrokjali ta' Lourdes f'San Gwann u wara ghal cerimonja li saret fuq il-monument ta’ Karin Grech f’San Gwann stess..

Dr Muscat qal li lil hinn mill-politika partiggjana, f'dawn id-delitti ma nxteridx demm blu jew ahmar, imma demm innocenti.

Wara c-cerimonja l-Mexxej Laburista Joseph Muscat akkumpanjat mill-professur Edwin Grech zaru l-monument ta' Karin Grech. Hemmhekk saret cerimonja ta' tifkira, u qari ta' poeziji mit-tfal, li rrakkuntaw din il-grajja.

Il-professur Edwin Grech irringrazzja lil kull min ta’ kull sena jinghaqad fil-memorja ta' bintu Karin.

L-amministrazzjoni tal-Partit Laburista poggiet bukketti tal-fjuri fuq il-monument ta' Karin Grech.

Id-data tat-tmienja u ghoxrin ta' Dicembru tibqa’ mfakkra ghal wiehed mill-aktar delitti makabri li qatt sehhew f'pajjizna, il-qtil ta' Karin Grech. It-tfajla ta' hmistax-il sena nqatlet b'ittra bomba li kienet indirizzata lil missierha, li kien gie pajjizna biex jghin lill-pazjenti fl-Isptar San Luqa meta kien hawn strajk tat-tobba. Il-pakkett kien imgezwer b'tali mod li kien jidher qisu rigal, u li temm il-hajja tat-tfajla hekk kif fethitu u sploda f'idejha.

Il-kaz ta’ Karin Grech baqa' ma ssolva qatt.

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME