PL and PSE
 

Kapaci naghtu vizjoni ta' Malta, l-aqwa fl-Ewropa, li tmexxi l-Ewropa

leadimage

Id-decennju li gej se jkun qed joffri sfida kbira lill-pajjizna. Is-sena 2017, is-sena li fiha Malta jkollha l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea, ghandha tkun vetrina li turi lill-Ewropa u lill-kumplament tad-dinja li dan il-poplu huwa ferm akbar mill-art helwa li ninsabu fuqha. Kapaci nidhlu ghal din ir-responsabbiltà. Kapaci nidhlu ghal din l-isfida.  Kapaci naghtu vizjoni ta’ Malta, l-aqwa fl-Ewropa, li tmexxi l-Ewropa.

Dan qalu l-Mexxej Laburista Joseph Muscat fil-Messagg ta’ Awguri tal-Kap tal-Oppozizzjoni ghas-sena 2010.

Qed ipoggi quddiem il-poplu din il-vizjoni ambizzjuza seba’ snin qabel din id-data li fiha Malta jkollha l-Presidenza tal-UE, qal Joseph Muscat.

Il-Gvern li jmiss se jkollu l-isfida kbira li jkollu l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea fl-2017. Ma nistghux immorru ghal sfida bhal din, meta ghal 6 xhur shah pajjizna se jmexxi l-agenda Ewropea, bil-mentalità ta’ medjokrità u li kollox jghaddi.

Perswaz li sa din id-data storika, inkunu ghamilna l-ghazliet li hemm bzonn, inkunu thejjejna, inkunu sodi u lesti biex inkunu l-Aqwa fl-Ewropa, qal Dr Muscat.

Il-Mexxej Laburista qal li hu bhall-poplu kollu mhux se accetta qatt li pajjizna jibqa’ l-ahhar. Li pajjizna jibqa’ jitlajja fil-medjokrità. L-ghazla ghal li gej se tkun bejn li nibqghu pajjiz li dera jikkuntenta ruhu bil-medjokrita ta li kollox jghaddi, ghal vizjoni ta’ pajjiz u generazzjoni li nistennew l-ahjar, u l-ahjar biss.

Nibnu pajjizna fuq il-gid u x-xoghol


Dr Muscat qal li fi zmien ta’ tant ahbarijiet hziena, huwa jhares lejn l-2010 bhala l-bidu tad-decennju li matulu se nohorgu mir-ricessjoni, li se nkunu nistghu nergghu nibnu pajjizna fuq il-gid u x-xoghol.

Nemmen li pajjizna jista jkun lest biex kif jibbnazza, igawdu mhux il-ftit li forsi lanqas biss ixxarbu matul dan il-maltemp, izda jgawdi kulhadd – iva, l-ewwel ma tgawdi int li tant batejt, qal Dr Muscat.

L-ghazla ghall-ghaxar snin li gejjin

Dr Muscat qal li l-ghazla ghal li gej se tkun bejn li nibqghu cassi fil-glieda bejn spazji miftuha u bini iehor, ghal li naghmlu ghazliet kuraggjuzi fejn nifmhu li l-bini hu importanti ghall-izvilupp, izda li ma jistax ikun li nifgaw kull spazju bil-concrete.

L-ghazla bejn li naraw lil Ghawdex bhala xi toqol zejjed ma’ ghonq pajjizna, jew li naraw lil din il-gzira bhala mutur li tohloq ix-xoghol.

L-ghazla bejn li l-kura tkun determinata minn kemm ghandek flus il-bank, jew sahha mill-aqwa b xejn li ghandek dritt ghaliha.

L-ghazla bejn edukazzjoni li tiftahar bin-numri, jew edukazzjoni li tinbena madwar uliedek.

L-ghazla bejn socjeta li tirnexxi skond lil min taf, jew ambjent fejn tigi ggudikat skond kemm int kapaci.

L-ghazla se tkun bejn li jkollna veduta dejqa tal-ekonomija fejn il-poplu jinghasar bit-taxxi halli l-Gvern jipprova minghajr ma jirnexxielu jibbilancja l-kotba tieghu, jew li naraw fit-tnaqqis tat-taxxi u l-pizijiet fuq il-familji u n-negozji cavetta biex nergghu nibdew nirnexxu.

L-ghazla bejn l-ghazz tal-medjokrita jew l-isfida li nkunu l-aqwa fl-Ewropa.

Din hija sfida difficli, izda jien ma dhaltx fil-politika biex naghmel affarijiet facli jew biex inwieghed.  Dhalt biex inwettaq, qal il-Mexxej Laburista.

Tmiem decennju ta’ decizjonijiet importanti


Ninsabu fi tmiem ta 10 snin – decennju – li fih ittiehdu decizjonijiet importanti hafna ghall-pajjizna. Id-decennju li gej se jkun ukoll wiehed ta ghazliet ohra importanti hafna ghall-poplu taghna, qal Joseph Muscat.

Dr Muscat qal li matul dawn l-ghaxar snin li ghaddew il-poplu Malti u Ghawdxi ghadda minn mumenti importanti ta’ kuragg fejn gharafna nsibu s-sahha biex nimxu ‘l quddiem.

F’dan il-mument, fi tmiem l-2009, irridu nharsu lura u nghozzu dak li ksibna lkoll flimkien – rizultati li ghalina kienu importanti ghax fissru l-appogg taghkom, anki bil-vot, ghall-progett ambizzjuz taghna.

Irridu nharsu lura ukoll lejn l-izbalji biex nitghallmu minnhom u ma nirrepetuhomx. Dawn kienu ghaxar snin li fihom kien hemm zminijiet, jien nghid li kien hemm wisq minnhom, li fihom il-poplu thalla jinfired, u kien hemm min hadem ghal firda minflok ghall-ghaqda, qal Dr Muscat.

Kien hemm wisq mumenti wkoll fejn zghazagh, studenti, anzjani, middle-class u l-familji habrieka li fittxew direzzjoni cara u minflok thallew wahedhom, jikkumbattu bla ghajnuna.

Joseph Muscat sostna li dan l-uzu hazin tal-politika wassal biex hafna fis-socjetà taghna jinsabu dizilluzi mill-politici.  Bir-ragun. Din kienet ir-raguni ghalfejn iddecidejt li nidhol ghall-isfida tat-tmexxija.  Urejna bil-fatti li nistghu nghaqqdu Moviment u r-rizultati tawna ragun, anki meta ftit kienu qed jemmnu li dan seta kien possibbli. Ma rridx inkun vuci biss fit-twettiq tal-bidla fil-mentalità ta dan il-pajjiz, izda flimkien irrid li nkunu protagonist, sahaq il-Mexxej Laburista.

Fi tmiem id-diskors il-Kap tal-Oppozizzjoni u Mexxej Laburista f’ismu, f’isem il-familja tieghu, il-Partit Laburista u l-Moviment tal-Moderati u Progressivi, wassal l-isbah xewqat ghal sena gdida mimlija sahha.

 

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME