PL and PSE
 

Joseph Muscat u Michelle Muscat izuru l-Creche tal-Ursolini

leadimage

Ahna inhossuna zghar fejn ix-xoghol kbir li taghmlu intom. Dan qalu l-Mexxej Laburista Joseph Muscat meta flimkien ma’ martu Michelle, zaru l-Creche tal-Ursolini f’Tas-Sliema.

 

Dr Muscat fahhar il-hidma kbira li jaghmlu is-Sorijiet tal-Ursolini mat-tfal li jzommu u jiehdu hsieb b'tant ghozza u mhabba.

 

Jospeh Muscat u Michelle iddawru mal-kunvent fejn qattghu hinijiet twal jitkellmu mas-sorijiet li spjegawlhom il-hidma taghhom u d-diffikultajiet li jiltaqghu maghhom.

 

Fil-kunvent f’Tas-Sliema jghixu erbgha u tletin soru li jiehdu hsieb mas-sitta u erbghin tifel u tifla fejn sahansitra qed irabbu trabi anke ta' xahar u nofs.

 

L-isfrozi kontinwi tas-sorijiet mhumiex biss biex joffru lill-dawn it-tfal ambjent ta' dar fejn jhossuhom milqugha izda wkoll dak ghal trobbija tajba u bazi ta' edukazzjoni, qal Dr Muscat.

 

Il-Mexxel Laburista, akkumpanjat minn martu Michelle, ferah lis-sorijiet ghal dik li hu sejjah bhala missjoni kbira li qed jaghmlu fil-formazzjoni soda ghal inividwi li ghada pitghada jridu jaghtu kontribut lis-socjeta'.

 

Fi tmiem iz-zjara, Joseph Muscat u martu pprezentaw rigali f’kotba u gugarelli lit-tfal kollha tal-Ursolini kif ukoll numru ta’ oggetti li nghataw lil Creche tal-Ursolini.

 

 

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME