PL and PSE
 

Il-hsara li saret lill-ekonomija bil-kontijiet tad-dawl u l-ilma hija irreparabbli

leadimage

Din il-gimgha huwa l-ahhar cans li ghandu l-gvern ta’ Lawrence Gonzi biex jipprova jsewwi ftit il-hsara l-kbira lill-ekonomija meta jiltaqa’ mal-MCESD. Madankollu issa anke jekk idawwar l-affarijiet lura, diga’ lahqet saret hsara irreperabbli fil-fiducja tal-poplu ghax iddahhal dak id-dubju kbir f’mohh in-nies li tellef il-kunfidenza u l-fiducja tal-konsumatur fl-ekonomija. Dan jaffettwa hafna l-ekonomija kollha b’mod partikolari l-impjiegi. Il-kontijiet tad-dawl u l-ilma qed jaghtu daqqa enormi lil-ekonomija tal-pajjiz.

Dan qalu l-Mexxej Laburista Joseph Muscat waqt li kien qed jiehu sehem f’intervista mmexxija minn Miriam Dalli u li xxandret fuq Super One Radio l-Hadd fil-ghodu.

Il-fatt li Lawrence Gonzi qed jghid li se jmur jiltaqa’ mal-MCESD u jiem qabel jghid li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma huma realtà llum, qed ikompli jaghti sinjal hazin.

Dr Muscat qal li l-ikbar inkwiet tal-Partit Laburista hija fuq il-familji u n-negozji. L-effett fuq in-negozji, ma tistax thares lejh biss mil-lat li se jizdiedilhom il-pizijiet, imma jekk se jizdiedu l-pizijiet ghan-negozji, l-ispejjez ghall-familji se jikbru u jekk se jikbru l-ispejjez ghall-familji se jkun qed jonqos il-bejgh tan-negozji.

Dawn il-kontijiet mhux biss se jkunu daqqa ghall-familji u daqqa doppja ghan-negozji. Imma se jkun hawn familji li jaqghu mill-kategorija tal-middle-class minhabba l-ispejjez li se jkunu qed jitghabbew bihom il-familji, spejjez fuq edukazzjoni, spejjez fuq il-medicini, spejjez fuq ix-xiri ta’ ikel ta’kuljum u fl-istess hin il-gvern qed jipprova jdahhal l-kontijiet fuq is-sahha. Iva, b’dan kollu hemm partijiet mill-middle-class li qeghda hemmhekk bl-gharaq ta’ gbinha, mhux se tibqa’ tqis ruhha bhala middle-class.

Dr Muscat qal li f’dawn is-sentejn li ghaddew tajna soluzzjoni u sett ta’ proposti shah dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma u l-gvern jibqa’ jwebbes rasu.

Tajna proposti konkreti li fuq kollox huma mill-iktar bazici imma li jehtieg li jibda jimpliment. Per ezempju ghidnilu tghabbix l-inefficjenzi tal-Enemalta fuq il-poplu u peress li m’ghandnix kompetizzjoni f’dan il-qasam ghidnilu tghabbix l-inefficjenzi fuq il-konsumatur. Il-gvern ukoll ghednilu tbiddilx il-kalkolu ta’ kif taghmel return on capital employed. Jekk jaghmel dawn iz-zewg affarijiet biss il-gvern ikun qed jiffranka lill-poplu madwar €15-il miljun. U baqa’ ma qal xejn il-gvern.

L-istess bhal ma s-sena li ghaddiet il-gvern kien qal li l-kera tal-meter tad-dawl kien se jizdied ghal €56 ghall-meters tad-dar u €120 ghall-meters tal-kumpaniji. Din is-sena qalulna li fuq il-meters mhux se jkun hemm zieda u li se jkunu ta’ €59 u €130. Din id-differenza ta’ €3 fuq l-arlogg tad-djar u €10 fuq l-arlogg tal-kumpaniji tfisser jekk tghaqqadhom flimkien €1 miljun iehor. Ma nistghux nibqghu sejrin hekk.

Biex tkompli zzid ma dan il-Gvern issa dahhal taxxa ta’ €20 fuq id-drenagg li issa qed jghidu li se tkun sussidjata ghal sena. It-taxxa imma qeghda cara u tonda li t-taxxa se tiddahhal.

Deficit qed jikber u l-qghad qed jikber

Dr Muscat tkellem dwar il-miri tad-deficit li marru zmerc kemm fil-budget ghall-2008 u anke fil-budget 2009.

Il-Mexxej Laburista li Lawrence Gonzi bhala l-Ministru tal-Finanzi qabel l-elezzjoni kien jiftahar li mexjin lejn surplus. Ghaddiet l-elezzjoni u minflok deficit ta’ €68 miljun spiccajna b’deficit ta’ €233 miljun. Imbaghad qalilna li dan sehh ghax nehha s-sussidju minn fuq id-dawl u l-ilma, ghax ma baqax jaghti sussidji lit-tarzna u li b’hekk kien qabad il-barri minn qrunu. Ghaddiet sena u fil-budget li kien ipprezenta Tonio Fenech f’Novembru tal-2008 kien imbassar li fl-2009 id-deficit kellu jinzel ghal €99 miljun. Imma mbaghad x’sehh? Sa Novembru li ghadda minflok id-deficit nizel ghal €99 miljun, dan zdied ghal €410 miljun.

Imma kieku l-flus qed imorru biex insalvaw ix-xoghol, allura dibattibbli. Imma l-flus zgur li mhux jintefqu biex jigi salvat ix-xoghol.

L-ewwel nett hemm mistoqsijiet parlamentari li jghidu li l-flus li ntefqu fuq xoghol kien, jekk taghmel kollox ma’ kollox, kienu ta’ madwar €15-il miljun. Imma fil-fatt id-deficit mar zmerc bi €300 miljun.

U allura l-flus zgur ma marrux fuq ghajnuna lill-familji fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, zgur mhux fuq it-tarzna ghax it-tarzna ghalqet, zgur mhux fuq tnaqqis ta’ income tax, qal Joseph Muscat.

Zgur ukoll li lanqas marru fuq xoghol. Dan ghax skont l-istatistika Ewropea fuq l-impjiegi juri li bejn April u Gunju tas-sena li ghaddiet mat-tliet xhur ta’ qabel, tlifna 900 impjieg aktar. Fit-tliet xhur ta’ wara l-impjiegi naqsu b’1.8 fil mija li jfissru madwar 3000 impjieg.

Dan ifisser li ghandek id-deficit jizdied, u l-qghad jizdied fl-istess hin.

Fl-istess hin ghandek l-inkwiet tal-kundizzjonijiet tax-xoghol. Dan ghax filwaqt li ghandek tnaqqis fl-impjiegi f’kull settur, ghandek is-settur tas-self-employed li qed jizdied. Issa dan nafu li mhux ghax is-self-employed qed jizdiedu, imma ghax hawn kumpaniji li qed igieghlu lill-haddiema jahdmu self-employed. Dan ifisser li m’ghandekx leave, m’ghandekx sick leave u dan ifisser tnaqqis fil-kundizzjonijiet tal-haddiema.

Dwar id-deficit Dr Muscat qal li l-Partit Laburista jkollu pjan ta’ tnaqqis fid-deficit li jkun ragonevoli. Nara li d-deficit – li mhux dejjem huwa hazing – imur biex ikollna nefqa kapitali li permezz taghhha tistimola l-ekonomija u tohloq ix-xoghol. Nimmira li l-kalkoli li jkolli jkunu realistici. Ma nirragunawx bhala accountants kif qed jaghmel dan il-gvern billi jara fejn mhux qed idahhal u jaghfas iktar lin-nies. Fil-verità b’dan il-mod il-gvern ikun qed joqtol l-ekonomija.

Is-sigriet ta’ kif tespandi l-ekonomija hija billi taghti n-nifs, tnaqqas it-taxxi u billi tnaqqas it-taxxi ddahhal aktar flus. Naghti vizjoni ekonomika sostenibbli ghall-ekonomija ta’ dan il-pajjiz, qal Joseph Muscat.

Taxxa fuq it-turizmu u burokrazija

Dr Muscat irrefera ghad-decizjoni zbaljata dwar il-50 centezmu taxxa tat-turizmu . Dan hu kuncett li ma jaghmilx sens fi zmien meta l-affarijiet mhux sejrin tajjeb f’dan il-qasam. Aghar minn hekk il-Gvern ghadu lanqas jaf kif se jigbor it-taxxa u se jispicca jaghmel il-lukandi u l-haddiema fis-settur gabbara tat-taxxi.

Il-Partit Laburista jhares lejn il-flus li jintefghu fuq it-turizmu mhux bhala nefqa imma bhala investiment ghax hemm mudelli ppruvati li juru li ghal kull ewro li titfa’ fit-turizmu l-gvern se jkun qed idahhal hafna iktar.

Dr Muscat irrefera wkoll ghal kaz ta’ mara li rceviet kont tat-taxxa tan-nanna taghha li ilha 10 snin mejta. Wara li ccekkjat mad-Dipartiment tat-Taxxi, dan il-kont minn €191 nizel ghal €19. Din il-mara qalet illi li kieku ma ccekkjatx kienet tispicca thallas dawk il-flus kollha minhabba sistema burokratika. Dan huwa tort tad-decizjonijiet li qed jittiehdu minn fuq nett. Altru milli mhux qed jigru wara t-taxxi kif qal il-Ministru fil-budget, qalet din il-mara lill-Mexxej Laburista.

L-iskandlu tal-power station

Dr Muscat qal imbaghad dawn it-taxxi qed jispiccaw imorru fi hlasijiet tat-taxxa tal-korruzzjoni bhal fil-kaz tal-estesjoni tal-power station ta’ Delimara.

Il-Mexxej Laburista qal li l-Partit Laburista qed jistenna b’serenità r-rapport tal-Awditur Generali.

Huwa qal li minkejja kull konsiderazzjoni li ssir mill-Awditur diga’ hemm fatti li huma innegabbli u cari. Fatti illi kull min ghandu ghal qalbu n-naha ta’ isfel ta’ Malta, kull min ghandu ghal qalbu l-ambjent, kull min ghandu ghal qalbu li flus it-taxpayer jigu wzati b’mod tajjeb ma jistax jaghlaq ghajnejh ghalihom. Ghalxejn toqghod tghid li ghandek ghal qalbek l-ambjent u n-naha t’isfel ta’ Malta jekk dawn l-affarijiet ma tihux azzjoni fuqhom.

Dr Muscat qal li dawn il-fatti huma fil-mod kif il-Gvern caqlaq il-lasti biex il-BWSC tiehu l-kuntratt dan billi l-ewwel kellhom persuna li jiftahar bil-kuntatti politici u li jista’ b’dawn il-kuntatti jgibha zewg. Imbaghad billi fl-2006 il-kabinett approva dokument biex jixtri power station tahdem bil-gass, bidel il-ligijiet tal-emissjonijiet. Wara dan kollu spicca finalment biex il-gvern rebbah it-tender il-kumpanija li tatna mpjant jahdem bil-Heavy Fuel Oil minflok il-gass.

Dan ifisser li l-impjant bil-Heavy Fuel Oil se jiggenera 30 tunnellata ta’ skart tossiku kuljum jekk jirnexxielu jaqbdu l-makkinarju li se jintuza ghall-ewwel darba f’Malta. Dan se jkun jiswina €12-il miljun biex nesportawh. Imbaghad seba’ snin ohra se nonfqu €27 miljun ohra biex minn HFO nergghu mmorru ghal gass.

Fatt iehor huwa li l-Lahmeyer International, li ghandha kuntatti u hadmet ma’ Joseph Mizzi fl-imghoddi, intghazlet bhala referee mill-Enemalta biex tirrakkomanda li l-impjant huwa tajjeb. Dan meta l-Lahmeyer stess ghandha wkoll rabtiet mal-BWSC li taghhom huwa l-impjant li qed jinbiegh f’Malta.

Imbaghad it-tliet kumpaniji li kellhom x’jaqsmu f’dan il-kuntratt, BWSC, Lahmeyer u Wartzila kollha kemm huma kienu involuti f’kazijiet ohra ta’ korruzzjoni fejn xahhmu rapprezentanti ta’ gvernijiet f’pajjizi ohra biex hadu kuntratti ta’ power station. Dan qed jghiduh il-World Bank fejn il-kumpanija Lahmeyer hija blacklisted, filwaqt li l-BWSC kelli kazijiet ta’ korruzzjoni li tqajmu fid-Danimarka u li ma komplewx jittiehdu passi ghax il-ligi ma kenitx tipprovdi ghal kazijiet li jkunu sehhew barra l-pajjiz.

Nigu f’sitwazzjoni f’Malta allura fejn il-Prim Ministru Lawrence Gonzi jiddefendi dan il-kaz. Li hu zgur huwa li b’dan il-kuntratt se nispiccaw b’Joseph Mizzi li jiehu commission, il-kuntratt ta’ bini hadu Zaren Vassallo eks-sindku u sostenitur kbir tal-PN li anke bena d-Dar Central ital-PN u li s-sur Vassallo jimpjega lic-Chairman tal-Enemalta.

Joseph Muscat qal li jikkwota l-Prim Ministru billi jghid li fid-dinja xejn ma jigri b’kumbinazzjoni. U f’dan il-kaz hawn wisq kumbinazzjonijiet.

Instabbiltà politika

Il-Mexxej Laburista qal li hu ftit jinteressah f’dak li ghaddej internament fil-PN ghax hsiebu huwa x’qed jigri fil-pajjiz. Imma, qal Dr Muscat, ghandna Ministri u personalitajiet fil-Gvern li qed jiggieldu kontra xulxin minflok kontra l-korruzzjoni, l-gholi tal-hajja u l-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Dr Muscat qal li Franco Debono mhuwiex il-kawza ta’ dan kollu imma l-effett. Dan ghax il-problema mhix Debono imma l-istil ta’ tmexxija ta’ Dr Gonzi. U dak li qed jigri huwa l-effett ta’ tmexxija ta’ Gonzi.

 

 

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME