PL and PSE
 

L-aqwa zmien ta' dan il-pajjiz ghadu jrid jigi

leadimage

Dan il-moviment li qed nibnu flimkien nemmen li se jkun qed imexxi lill-pajjizna fl-aqwa zmien tieghu. Jien nemmen li l-aqwa zmien ta’ dan il-pajjiz ghadu jrid jigi u se nghixuhom flimkien u se mmexxuhom flimkien mal-familji, man-negozji, mal-middleclass, ma’ dawk li tant hadmu biex wasalna fejn wasalna f’dan il-pajjiz. Qed inressaq quddiemda l-moviment sfida ambizzjuza, dik li nkunu l-aqwa fl-Ewropa. U se nkunu ahna z-zghazagh li se mmexxu dan il-progett ‘il quddiem.

Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat qal dan waqt laqgha ta’ diskussjoni maz-zghazagh dal-ghodu li saret fil-Melita Gardens, H’Attard.

 

L-isfida li ghandna quddiemna bhala moviment hija wahda kbira. Fi zmien 7 snin pajjizna se jkun qed jiehu f’idejh il-presidenza. Seba’ snin huma vicin. Min ikun qed imexxi l-Gvern ta’ pajjizna, u jekk il-poplu jaghzel li jkun il-Partit Laburista fil-gvern, ma rridx li mmorru ghal din l-isfida b’dan is-sens ta’ medjokrità li darrewna fiha. Hija sfida biex inkunu l-aqwa pajjiz fl-Ewropa biex immexxu l-Ewropa. Iva, trid tkun vetrina ghall-poplu taghna, li jkollna l-opportunita li nuru li l-poplu taghna huwa ferma akbar mill-art li ninsabu fuqha. Nuru li ma ahna xejn anqas minn shabna l-Germanizi, xejn anqas minn shabna t-Taljani, jew Inglizi, Zvedizi, Izlandizi. Ahna kapaci daqs haddiehor u anke iktar minn haddiehor.

Joseph Muscat qal li l-Partit Laburista jemmen fiz-zghazagh. Iz-zghazagh ghall-PL mhumiex dawk li jzejnu l-palk waqt il-mass meeting, imma huma l-qafas tal-attivizmu tal-moviment li qed nibnu, l-energija li minnha johrog dak kollu li nemmnu fih.

Proposta li turi fiducja fiz-zghazagh

 

B’hekk, qal Joseph Muscat, qed inressaq proposta biex dak li thabbar fir-riforma tal-Kunsilli Lokali biex jkollna l-hekk imsejha hamlets, u la l-Gvern ma accettax il-proposta tal-PL li l-istudenti jkunu jistghu jivvutaw ta’ 16-il sena ghall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, il_Gvern ghandu issa jdahhal id-dritt tal-vot ghal zghazagh li ghandhom 16-il sena biex jivvutaw ghal f’dawn l-elezzjonijiet biex ikollhom dritt li jsemmghu lehinhom.

Din il-proposta turi li qeghdin nuru l-fiducja taghna fiz-zghazagh. Ahna nemmnu li z-zghazagh ghandhom il-mohh biex jiggudikaw, biex jahsbu u jiddeciedu, qal il-Mexxej Laburista.

 

Dritt fundamentali tal-libertà tal-espressjoni

Joseph Muscat qal li dan il-moviment ghandu diversi sfidi quddiemu fosthom sfidi ghal-libertajiet. Qal li l-istudenti ma ghandniex nisimghu bihom biss meta jkun hemm kaz ta’ censura bhal fil-kaz ta’ Mark Camilleri li sahansitra jista’ jispicca l-habs minhabba l-ezercitazzjoni ta’ dan id-dritt.

Huwa qal li dan il-moviment mhux se jhalli lil Mark Camilleri wahda. Huwa dritt taghna bhala moviment li niddefendu id-drittijiet fundamentali u mhux se nhallu li f’pajjizna mmorru kontra kuncett fundamentali tad-dritt tal-libertà tal-espressjoni.

Issa se jkollna l-mument ta’ prova ghal dawk kollha f’dan il-moviment li jridu jkunu lesti to stand up and be counted. Zgur li dawn l-affarijiet mhumiex ta’ pajjiz ewropew, u zgur li mhumiex ta’ pajjiz li jaspira li jkun l-aqwa fl-ewropa, qal Joseph Muscat.

Konferenza Generali li thares lejn il-futur

 

Joseph Muscat tkellem dwar il-konferenza general ital-PL u qal li meta se tkun qed titlaqqa’ l-konferenza se jkollha rapprezentanza ta’ zghazagh bla precedent.

Din il-konferenza se tkun qed tifhem li fil-passat hlejna wisq zmien nikkampanjaw u nahsbu x’se naghmlu internament bejnietna. Issa wasal iz-zmien li l-hin taghna, kollha kemm ahna, attivisti f’dan il-moviment, li ninvestuh billi nigbdu iktar nies lejn dan il-moviment, qal Dr Muscat.

Se tkun konferenza li se taghmel ezami tal-kuxjenza. Imma la se taghmel awtopsja tat-telfa elettorali tal-2008 u lanqas se tkun qed taghmel xi ewforija mir-rebha elettorali tal-2009. Imma l-konferenza se tintalab thares lejn il-mera u tifhem li l-PL ma gabarx maggoranza elettorali mill-1976. Li nirrealizzaw li rridu nitilqu billi nifhmu li ghandna bahrin tal-maltemp li baqghu maghna fit-tajjeb u l-hazin fit-tajjeb u fil-hazin, anke meta konna ghal hafna zmien fl-oppozizzjoni. Imma rridu nharsu ‘l quddiem lejn il-futur.

Joseph Muscat sostna li llum il-gurnata s-socjeta’ taghna qed tinbidel. Hawn aktar nies li mhux qed li ma jinterressahomx mill-partiti u li jivvutaw ghall-ahjar tal-pajjiz dak in-nhar tal-elezzjoni. Hawn nies ohra li qed jaraw li ma ghadhomx jattjenu ghal partit wiehed imma qed jiccaqalqu lejn dak il-partit li jista’ joffri futur ahjar.

B’hekk f’din il-konferenza generali qed nitfa’ jien personalment, sfida biex il-PL iqum, jghannaq il-bidla u jkun il-katalista ta’ dan il-moviment.

 

Dr Muscat fakkar kif fl-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew il-Partit Laburista ha riskju u ma ggielidx Elezzjoni fuq il-hsieb tal-ahna u huma. Imma morna bil-hsieb ta’ ejja ninsew il-passat li jifred u nharsu lejn il-futur li jghaqqad. Urejna li l-ghazla llum hija bejn il-passat kontra l-futur. U l-futur rebah u rebah bil-kbir.

Dan kien rizultat li welled il-moviment tal-progressivi u l-moderati. Issa li l-poplu emmen f’dik iz-zerriegha, irridu naraw li dik ix-xitla ndakkruha u tikber f’sigra li taghti l-kenn lill-Maltin l-Ghawdxin kollha kemm huma, qal Dr Muscat.

Glieda kontra l-medjokrità

 

Il-Mexxej Laburista qal li dan il-moviment se jwassal biex jaghti lil pajjizna l-aqwa zmien tieghu. Moviment li jrid ikun l-aqwa fl-Ewropa. Tant zghazagh li flimkien nemmnu li l-medjokrita mhijiex l-ordni tal-gurnata.

Ahna lesti li niggieldu din il-medjokrità, iddikjara Joseph Muscat. U niehu pjacir nara li hawn tant zghazagh, eluf kbar, li jemmnu l-medjokrità m’ghandhiex tkun l-ordni tal-gurnata. Tlajna hafna minnha, qal Dr Muscat, b’sistema fejn nemmnu li jkollok nies akkuzati b’korruzzjoni hija normali u mhux l-eccezzjoni, tlajna nemmnu li permess li jinhareg b’allegazzjonijiet enormi hija normali u mhux l-eccezzjoni, tlajna nemmnu illi tistenna fil-waiting list hija normali mhux l-eccezzjoni, nemmnu li jkun hemm tant zghazagh li ma jkomplux mexjin ‘il quddiem hija normali u mhux l-eccezzjoni.

Din hija l-mentalità ta’ medjokrità li dan il-gvern li ilna nghixu tant tahtu, dahhal fil-pajjiz. Medjokrità li lkoll kemm ahna rridu niggieldu u la qeghdin hawnhekk ilkoll kemm ahna u eluf barra, lesti niggieldulha. U se niggieldulha bil-vizjoni taghna ghal pajjiz ahjar, qal Joseph Muscat.

Vizjoni pozittiva

 

Nies ohra jemmnu li l-kelma ambizzjoni hija xi haga negattiva. Ahna nemmnu li din hija vizjoni pozittiva ta’ mira li lkoll irridu nilhqu li pajjizna jista’ jkun l-aqwa fl-Ewropa. Dan il-pajjiz jisthoqqlu ferm ahjar u din mhijiex vizjoni li tghaqqad biss lilna bhala zghazagh, imma nies ohra li jemmnu li pajjizna jixraqlu ferm u ferm ahjar.

Dr Muscat qal li rridu nnehhu minn fuq dan il-pajjiz il-kuncett ta’ medjokrità fejn kollox jghaddi. Il-waiting lists mill-isptarijiet iridu jispiccaw. Int pazjent, thallas it-taxxi ghandek dritt ghall-kura fil-hin, ghandek dritt ghall-aqwa kura b’xejn. Trid tispicca l-mentalità f’dan il-qasam li ghandna min jistenna fuq il-waiting lists, imbaghad issib li l-makna li dak il-persuna ghandu bzonn qed tinkera lill-privat. U min qieghed fil-waiting list jistenna u min ihallas jinqeda bl-appart tal-gvern ghand il-privat.

L-istess kif irridu nnehhu l-idea anke fl-aktar affarijiet semplici bhall-medjokrità li l-ID cards huma kollha skaduti u kull sena tohrog avviz legali biex jiggeddu ghal sena ohra. Sitwazzjoni fejn kellu jkun il-PL li jitlob ghal investigazzjoni dwar il-mod kif kien hemm persuna li ffrodat u li issa gejna mgharfin li l-kummissjoni elettorali se tkun qed tiddiskuti.

Irridu nnehhu l-medjokrità ta’ persuni li jmexxu l-pajjiz u li ma jafx x’inhu jigri madwarhom. Bhal meta staqsejtu dwar kemm se jittardja l-progett tal-interconnector u l-Prim Ministru wera li ma kienx jaf li kien hemm problemi fl-akbar kuntratt li ghandna bhalissa f’pajjizna.

Ahseb u ara, qal Dr Muscat, kemm nistghu nafdaw lil dan il-gvern b’affarijiet ohra, bhall-kontijiet tad-dawl u l-ilma, li qed jaffetwaw familji u n-negozji.

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME