PL and PSE
 

Il-Kap tal-Oppozizzjoni jiltaqa' mal-President tal-Kamra tad-Deputati Taljana

leadimage

Il-Kap tal-Oppozizzjoni u Mexxej Laburista Joseph Muscat iltaqa’ mal-President tal-Kamra tad-Deputati Taljana Gianfranco Fini waqt li kien fuq zjara ufficjali u ltaqa’ mal-oghla awtoritajiet tal-pajjiz.

Fil-laqgha mal-Kap tal-Oppozizzjoni kienu diskussi temi ta' interess ghaz-zewg pajjizi fosthom l-immigrazzoni illegali.

Il-Mexxej Laburista fahhar ir-relazzjonijiet ta’ bejn iz-zewg pajjizi fejn qal li fl-ahhar xhur din ittappnet ftit minhabba l-kwistjoni tal-immigrazzjoni illegali.

Dr Muscat irrefera ghal patt bejn il-gvern Taljan u dak Libjan li ghen pajjizi ohra, fosthom Malta, fil-glieda kontra l-immigrazzjoni illegali.

Il-Mexxej Laburista u l-President tal-Kamra tad-Deputati jaqblu li l-problema tal-immigrazzjoni illegali hija problema Ewropea u hekk ghandha tkun trattata.

Iz-zewg nahat jixtiequ jaraw aktar koperazzjoni fuq livell socjali u ekonomiku ghall-pajjizi li minnhom gejjin l-immigranti illegali ghax il-problema ma tistax tkun solvuta jekk dawn il-pajjizi ma jinghatawx l-ghajnuna li ghandhom bzonn.

Min-naha tieghu Joseph Muscat wera t-tama tieghu li l-Unjoni tal-Mediterran tissahhah u timxi ‘l quddiem.

Gianfranco Fini qal li ma setax jigi Malta u ma jiltaqax mal-Partit Laburista u rrikonoxxa l-importanza tal-kontribut tal-Partit Laburista ghad-demokrazija u r-relazzjonijiet tajbin bejn iz-zewg pajjizi.

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME