PL and PSE
 

Fl-ebda cirkustanzi l-Partit Laburista mhu se jkun qed jaccetta l-bejgh tal-AirMalta

leadimage

Fl-ebda hin u fl-ebda cirkostanza, il-Partit Laburista ma huwa se jaccetta li jkun hemm ftehim mal-Unjoni Ewropea dwar il-bejgh tal-linja tal-ajru nazzjonali l-AirMalta w is-sussidju ta' darba li l-gvern qal li se jitlob lill-Ewropa ghall- AirMalta, m'ghandux iservi ta' skuza biex din il-kumpanija tkun privatizzata.

F'intervista dalghodu fuq Radju Super One, il-Mexxej laburista  Joseph Muscat qal li l-AirMalta hija ass nazzjonali krucjali ghas-settur turistiku li ma jistax jintilef. L-Airmalta hija kumpanija li qatt ma kellha bzonn sussidju minn xi gvern u li kien issa li rregistrat telf
finanzjarju. Il-gvern qed jghid li se jitlob sussidju ta' darba ghall-AirMalta lill-Unjoni Ewropea u nisperaw li din mhix xi loghoba jew pjan mohbi biex jekk ma’ jintlahqux xi targets il-kumpanija tinbiegh.

Il-Mexxej Laburista, f’dikjarazzjoni cara hafna qal li l-AirMalta mhijiex ghall-bejgh u gvern
laburista ma jaccetta qatt li jbiegh l-AirMalta. Huwa wissa’ biex, hadd ma jilghab mal-futur tal-AirMalta.

 

Kontijiet ghad Dawl u l-Ilma

Joseph Muscat tkellem ukoll fuq l-ghajnuna li l-gvern wieghed lil familji bi dhul baxx
minhabba l-kontijiet tad-dawl u ilma, ghajnuna finta ghal dawk li huma intitolati
ghal vouchers. Semma’ wkoll kif issa sar maghruf li ser tigi mposta multa ta’ 6% fuq min ma’ jhallasx il-kont fil-hin. Din hija mizura ohra li tkompli ssahhah id-dubbji diga kbar dwar jekk dan il-gvern ghandux kuxjenza socjali.

Biex ikompli jzid mal-problemi, minn kemm ilu privatizzat il-gass diga ghola darbtejn, u
mhux qed jigi eskluz li l-prezz jerga' jghola ghaliex il-kuntratt li ghamel il-gvern mal-kumpanija privata ma jipprotegix lill-konsumatur.

Meta wiehed jara dan kollu, u meta l-figuri kollha juru bic-car kemm l-ekonomija tal-pajjiz tinsab fi stat hazing u daghjjef, ma’ jistax jifhem u jemmen lil Prim Ministru meta jghid li l-ekonomija ghaddiet mill-problemi tar-ricessjoni.

 
 

Riforma tat-Trasport Pubbliku

Il-Mexxej laburista rrefera ghall-ingann tal-gvern fil-konfront tas-sidien tal-karozzi tal-linja li f'ittra minn Jesmond Mugliett qabel l-elezzjoni kien wieghdom garanzija ta' xoghol ghal ghaxar snin.  Illum Austin Gatt farfar mir-responsabbilta ta' dik il-wieghda u ser juza mal-hamsa u hamsin miljun ewro  biex jixtri lura din il-wieghda elettorali.

Dawn il-flus, sostna l-Mexxej Laburista, setghu ntuzaw mill-gvern biex inaqqas il-piz tat-tariffi tad-dawl u l-ilma minn fuq il-poplu, jissusidja l-Airmalta jew biex ihallas lura l-VAT li ttiehdet illegalment fuq ir-registrazzjoni tal-karozzi.

 

Estensjoni tal-Power Station ta’ Delimara

Dwar l-estensjoni tal-Power station ta’ Delimara, Joseph Muscat sejjah bhala Inaccettabli l-fatt kif il-gvern ried jghalaq halq il-Parlament u ppretenda li ma jssirx diskussjoni urgenti fl-oghla istituzzjoni dwar is-smiegh tal-MEPA fuq dan il-progett. L-applikazzjoni approvata mill-MEPA kienet fuq sistema ta' outline development permit, u dan meta din l-istess sistema se titnehha bir-riforma tal-MEPA.

B’dak li gara din il-gimgha, tenna’ Dr.Muscat, r-riforma tal-MEPA gherqet..... inghatat stop notice mill-MEPA stess.

 

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME