Bhal ma qalet marti, ma ninsabux hawn biex nippriedkaw u naghtu ricetti. Ma nahsbux li ahna ahjar minn haddiehor, u l-esperjenza taghna hija simili hafna ghal dik ta’ eluf ta’ familji ohra. Forsi ghandna l-pressjoni partikolari u pubblika ta’ min ghandu kariga u huwa wicc maghruf, izda nemmen li kull familja ghandha l-pressjonijiet partikolari taghha li jistghu ikunu enormi fic-cirkustanzi ta’ dik il-familja.
Se nibda b’ dak li nemmen li jghaqqadna. Nemmen li jezisti kunsens fostna li iktar ma jkollna familji b’ sahhithom, aktar ikollna socjeta’ b’ sahhitha.
Nemmen li fi hdan eluf ta’ familji Maltin u Ghawdxin, jezistu kemm l-istabbilita’ kif ukoll l-ghaqda. Dawn izda ma jigux wahedhom. Jigu ghaliex dawn l-istess familji jahdmu ghalihom jum wiehed wara l-iehor.
Nemmen ukoll izda li dawk il-familji li sfaxxaw, f’ xi mument setghu kienu familji sodi ukoll. Ghalhekk ma hemm l-ebda garanzija perpetwa ta’ stabilita’.
Kif jista’ jixhed kulhadd, kemm min ghandu familja maghquda kif ukoll min ghadda jew ghaddej minn esperjenza trawmatika ta’ firda, zwieg f’sahhtu ma jigix wahdu. Ghalhekk huwa importanti li meta koppja tkun diehla ghaz-zwieg, tifhem mill-bidu nett l-impenn li diehla ghalih.
Kif qalet Michelle, jinhass li hafna mit-thejjijiet qed isiru ghal jum tat-tieg u mhux ghaz-zwieg.
Fl-istess hin waqt li l-familji ghandhom ir-responsabilitajiet taghhom xi jgorru, hekk ukoll dawk li jigu fdati bit-tmexxija ta’ pajjizna ghandhom responsabilita’ li jmexxu politika socjali, ambjentali u ekonomika li tghin, mhux tfixkel, lill-istabilita’ tal-familji, haga li sfortunatment mhux dejjem issir.
Matul is-snin, kif wiehed jistenna, kibru l-aspirazzjonijiet tal-familji Maltin u Ghawdxin biex itejbu l-kwalita tal-hajja taghhom, specjalment meta jkun hemm l-ulied. Dan minnu nnifsu huwa sinjal pozittiv, ghaliex l-avvanz tal-familji ifisser l-avvanz tal-pajjiz.
Madankollu hija realta`, li jekk il-koppja ma ssibx bilanc, u ma tigix mghejjuna mid-decizjonijiet tal-Istat biex issib dan il-bilanc, jispiccaw jibnu dar u mhux familja, u jgherqu bid-dejn fil-process.
Dmir l-Istat huwa li jara li jnaqqas il-pressjonijiet ekonomici fuq il-familji. Ghalxejn nhabbru skemi u policies biex suppost nghinu lil familji, u ghalxejn nghidu kemm irridu l-ghaqda fil-familja, jekk koppja bi dhul medju ma tkunx tista’ taghti l-edukazzjoni li tixraq lil uliedha, is-servizz tas-sahha li jixraq lill-genituri taghha, minghajr ma tkun tista’ tqatta hin xieraq flimkien.
Ma nahseb li l-ebda familja ma tippretendi xejn ghal b’ xejn. Nahseb izda familja jixraqilha li b’ 40 siegha xoghol tal-breadwinner, u hin limitat u flessibbli ta’ xoghol mill-persuna l-ohra, tkun tista’ taffordja li ttejjeb il-kwalita’ tal-hajja taghha u taspira li tqatta hin liberu flimkien u fil-kumdita’.
L-Istat ghandu wkoll l-obbligu li jizgura li l-iskejjel tieghu jkunu tajbin daqs l-iskejjel l-ohra kollha, u li jizgura li s-servizzi tas-sahha pubblici jkunu l-aqwa fil-pajjiz. Ma nistghux naccettaw li l-edukazzjoni u s-sahha jinxtraw bil-flus.
Jekk nemmnu fi zwieg b'sahhtu ma nistghux naccettaw li l-familji taghna, minghajr ma jkollhom ghazla, jitghabbew b'iktar pizijiet meta jigu biex jaghmlu l-ghazliet taghhom dwar f' liema skola jibghatu lil uliedhom jew jekk jiehdux kura medika fi sptar pubbliku jew privat.
Jekk il-familji taghna se jiccahdu minn din l-ghazla ikbar se jkunu d-diffikultajiet biex jinstab il-bilanc bejn kwalita’ ta' hajja ahjar u hajja mizzewga ta' success.
Waqt li l-mira ewlenija ta' l-Istat, bhal ma hija tal-Knisja, ghandha tkun dik li z-zwigijiet u l-familji jkunu b’ sahhithom, hija realta` li ma nistghu qatt naharbu minna li kellna, ghandna u se jibqa` jkollna zwigijiet li ma jirnexxux ghal xi raguni jew ohra, f’ xi mument jew iehor.
F’pajjizna din ir-realta’ qed tikber. Ingib minnufih quddiem ghajnejja l-interessi tat-tfal li jsibu rwiehhom f' cirkostanzi bhal dawn. Ikun zball jekk naghlqu ghajnejna ghal dan kollu, jew ma naghmlu xejn fil-konfront taghha.
Studju ta’ censimenti li sar ftit tax-xhur ilu mill-istitut tar-ricerka, DISCERN, juri li waqt li 25 sena ilu kien ufficjalment ifalli 1 minn kwazi kull 100 zwieg, sa’ 10 snin ilu dan l-ammont zdied ghal 1 minn kull 60 zwieg. 5 snin ilu kienu registrati li jfallu 1 minn kull 25 zwieg.
L-Istitut DISCERN jikkalkula li b’dan ir-ritmu, sa’ 5 snin ohra, zwieg minn kull 10 jigi klassifikat bhala li falla. U dan meta l-punt ta’ referenza li jidher li qed jittiehed huwa li ma jkunx hemm bidliet fil-legislazzjoni.
Fi kliem iehor, anki jekk niddeciedu li ma naghmlu xejn, ma jfissirx li s-sitwazzjoni se tkun qed titjieb.
B' konsegwenza ta' dan kollu qed nghixu fi zminijiet fejn qed jitwieldu forom ta’ familji li mhux bil-fors huma tradizzjonali. Fejn ma jkunx hemmx aggornatment socjo-kulturali, hafna minn dawn jispiccaw barra l-qafas tal-legalita’.
Dan ifisser li jkun hemm persuni, li la jkollhom drittijiet u lanqas obbligi.
Sitwazzjoni li maghha iggib hafna abbuzi u sfruttamnet ta’ min ikun f’pozizzjoni dghajfa, fosthom tat-tfal.
Illum mhux se nidhol fir-realta’ importanti ta’ persuni tal-istess sess li jghixu flimkien, ghax nahseb dak huwa suggett mhux marginali li jimmeritah diskussjoni ohra fil-fond ghaliex jolqot hafna persuni.
F’ pajjizna , dawk kollha li jghixu ma’ persuna ohra barra z-zwieg u ma jistghux jizzewwgu – mhux ghax ma jridux izda ghax ma jistghux – b’ mod ewlieni minhabba li parti jew iz-zewg partijiet tal-koppja ikunu diga’ izzewwgu qabel, flimkien ma’ uliedhom huma vittmi potenzjali ta’ dan l-isfruttament .
Id-duttrina legali u kif applikata mill-Qrati Maltin, ma tirrikonoxxix la drittijiet u laqas obbligi ghal min ighix f’din ir-relazzjoni. Insostni li jien l-aktar koncernat ghal dawk li jinsabu f’ din is-sitwazzjoni mhux minhabba ghazla izda minhabba c-cirkustanzi.
Kien pass fid-direzzjoni li jindirizza dan kollu meta f’ wiehed mill-manifesti elettorlai ta’ tnax-il sena ilu saret proposta li relazzjonijiet ta’ din ix-xorta jigu regolarizzati. Izda sal-lum ghadu ma sar xejn u sal-lum min johrog minn falliment matrimonjali, u uliedhom, m' ghandhomx l-opportunita’ li jghixu f’ qafas rikonoxxut u legali .
Hawnhekk se nghid punt iehor li forsi ma jdoqqx ghal widnejn hafna hawn gew. Mhux bilfors li dawn il-familji mhumiex familji b’ sahhithom. Naf b’ ghadd mhux zghir ta’ familji bhal dawn, maghmula minn persuna jew tnejn li hargu minn falliment matrimonjali, u li ilhom snin shah f’ relazzjoni stabbli li mhix regolarizzata ghax ma jistghux u mhux ghax ma jridux.
Aktar ma jghaddi z-zmien, aktar qeghdha tikber il-htiega ta’ pluralizmu fl-espressjoni ta’ forom godda ta’ relazzjonijiet umani. Mhux se nghaddi gudizzju dwar il-forom differenti ta’ relazzjonijiet, ghax bhala politiku xoghli mhux li niggudika izda li nara li l-aktar dghajjfa fis-socjeta’ jigu protetti.
Kulhadd jixtraqlu li jinghata r-rispett fil-mizura li tirrispetta l-bqija tas-socjeta’. L-importanti li nkunu serji u sobriji f’dak kollu li naghmlu u ma inhallux lok ghall-abbuzi.
Permezz tal-ftehim milhuq fl-1993 bejn l-Istat Malti u s-Santa Sede nghata riknoxximent civili lir-rit Kattoliku u lid-decizjonijiet tal-Awtoritajiet u Tribunali Ekklesjastici. Minhabba l-principju ta’ socjeta’ pluralistika, l-Istat Malti ma setghax jibqa’ jinjora r-realta’ ta’ kwantitajiet kbar ta’ zwigijiet Kattolici u anke sentenzi Ekklesjastici. Dakinhar saret gustizzja mall-Knisja u dan minghajr mall-Istat inhass konfessjonali.
Izda fil-fehma tieghi, biex ikun hawn pluralizmu ta’ veru, bhalma kien hemm ir-rikonoxximent taz-zwieg Kattoliku, aspetti kumplessi ohra tas-socjeta’ fuq kwistjonijiet matrimonjali, ghandhom ukoll jinghataw ir-rikonoxximent mill-Istat. Dan dejjem bil-limitazzjonijiet jew l-eskluzjonijiet kollha li hemm bzonn biex inharsu l-interessi tas-socjeta .
Hawn fejn tidhol il-kelma li qed inhossuha bhal dell tqil imdendel fuq din is-sala minghajr ma hadd ma jrid jghidha, forsi ghax min jghidha se jkun l-anqas persuna popolari f’ dan il-post. U se nghidha jien: divorzju.
Nghidha bhala persuna li nemmen li d-divorzju huwa dritt li ghandu jiddahhal f’ pajjizna, dritt li huwa ghal minoranza. Nghidha ghax nemmen li meta nitkellmu dwar suggett tant delikat, irridu niehdu posizzjoni cara.
Il-fatt li marti u jiena, ghax nahdmu ghalih, sa issa ghandna zwieg li nqisuh bhala li sa’ issa hu hieni u b’sahhtu , ma jfissirx li min ma hux fil-pozizzjoni taghna ghandu bil-fors ibaxxi rasu u jaccetta dak kollu li jkun ghaddej minnu. Dan huwa aktar u aktar il-kaz meta nigu ghal koppji li jizzewwgu bic-civil u li ma jissoggettawx ruhhom ghal ligi tal-Knisja.
Nemmen li kulhadd fid-dinja ghandu c-cans ghat-tieni opportunita’, u mhux l-inqas ghat-tieni opportunita’ biex jibni familja. Qafas li pero’ jirrispetta d-dinjita’ tal-persuna u b’mod specjali tat-tfal li jkunu twieldu fiz-zwieg .
Is-sitwazzjoni saret wisq anomala. Bl-introduzzjoni tal-Att Taz-Zwieg Civili tal-1975, meta minkejja li gie proklamat zwieg essenzjalment Kristjan, fl-istess hin, Artiklu 33 tal-istess ligi ppermetta li d-divorzju jidhol f’ pajjizna mit-tieqa flok mill-bieb.
Bis-sahha ta’ dan l-Artiklu, tnejn li zzewwgu hawn Malta, b’ rit Civili jew anki fuq artal tal-Knisja, jistghu jiksbu divorzju minn barra l-pajjiz. Dan ikollu jigi rikonoxxut mir-Registratur taz-Zwigijiet f’ Malta. Dan ifisser, li ghal xi uhud li jafu minn fejn ghandhom jghaddu u ghandhom ukoll il-mezzi, id-divorzju huwa accessibbli. Ghal hafna ohra, le.
Mhux hekk biss, izda b’ din il-parti tal-ligi l-anqas ghandna kontroll fuq il-mod u l-kwalita’ ta’ divorzju li jinghata minn barra. Ma’ avukati tkellimt, u kollha qaluli li minkejja dak li tistipula ligi, il-forma biss qeghdha tkun rispettatha izda mhux is-sustanza u li ghall-Maltin u l-Ghawdxin li ghandhom il-mezzi finanzjarji, id-divorzju huwa facilment accessibbli.
Meta kien hemm ic-cans li din is-sitwazzjoni anomala tigi rrangata, fil-31 ta’ Jannar 1995 ghall-Parlament Malti u fil-25 ta’ Marzu 1995 ghas-Santa Sede, din il-parti tal-ligi ma intmissitx, anzi inzammet.
Din hija sitwazzjoni ipokrita li bhala Membru tal-Parlament u Malti ma nistax naccetta.
Din hija sitwazzjonji, li minbarra qeghdha tohloq diskrminazzjoni, hija is-sors ta’ intolleranza li aktar ma sfortuntament qeghdin ifallu zwiegijiet aktar qeghdha iggib maghha deficjenzi socjali.
Meta gejt biex inhejji dan id-diskors, kelli ghazla x’ naghmel: jew inkun ipokrita u naghmel diskors fejn forsi naqla ftit capcip u barra bid-daqq, jew nghid dak li veru nahseb, forsi dak li jahsbu hafna, akkost li dan ma jdoqqx ghal widnejn kull min hawn migbur f’dis-sala dal-ghodu.
Jiddispjacini ghalija, izda se naghzel li hawn gew aktarx ma nkunux popolari ghax se nkompli nghidha kif inhossha.
Minbarra il-Ligi taz-Zwieg tal-1975, l-istitut tal-Anullament serva u ghadu iservi biex naghmlu ta’ bir-ruhna li zwieg qatt ma ezista. Jien konvint li kieku l-istatistika kellha titkellem zgur li ghandna nsibu li r-rata ta’ annullamenti civili li jintlaqghu hija akbar minn dawk li jigu michuda.
Kien hemm zmien meta snin ilu dan l-istitut tant kien abbuzat fil-Qrati Civili , li l-Awtoritajiet Ekklesajatici kellhom jintervejenu, u ghamlu sewwa, ghax dan mhux xi haga tac-cajt. Mhux qed tghid li se twaqqaf zwieg. Qed tghid li qatt ma ezista.
Nahseb li ghandna bzonn nkunu onesti hafna dwar l-annullamenti, jekk forsi m’ ahniex komdi li dawn iservu, kif darba qalli xi hadd, bhala safety valve fl-assenza tad-divorzju.
Ghalhekk insostni l-posizzjoni tieghi li jekk inkun qed immexxi l-Gvern li jmiss, nadvoka u nipprezenta personalment Ligi dwar id-Divorzju fil-Parlament, u naghti vot hieles lil Membri tieghi. Nittama li biex ikollna dibattitu hieles u skont il-kuxjenza, il-partit l-iehor ukoll ikun lest jaghti vot hieles. Kif hemm membri tieghi li fil-liberta’ kollha iddikjaraw li huma kontra d-divorzju, hemm membri tal-Gvern prezenti li qed jghidu li huma favur. Sabiex ikollna diskussjoni lil hemm mill-politika partiggjana, ghandu jkun hemm vot hieles miz-zewg nahat.
Izda mhux lakemm tghid tintroduci d-divorzju. Biex dan isir hemm bzonn zewg principji kardinali biex is-socjeta’ tigi mhejjija ghall-impatt tieghu .
Qabel xejn ghandu jkun hemm diskussjoni wiesgha fis-socjeta’. Ghalhekk nemmen li ghandu jigi kreat Forum Nazzjonali Dwar il-Familja. Il-kompozizzjoni ta’ dan il-Forum permanenti ghandha necessarjamnet tkun maghmula mill-ghaqdiet u korpi mhux governattivi li jahdmu fil-qasam socjali. Ovvjament, ghandu jkun hemm post ewlieni ghall-Awtoritajiet Ekklesjatici. Ikun Forum li jisma’ ukoll il-fehma tal-Gudikatura, li ta’ kuljum tiltaqa’ u taghti direttivi ankrati fir-realta’ tal-hajja. Ikun tajjeb ukoll li l-Gudikanti jisimghu minghand dawk kollha li jahdmu fil-qasam socjali dwar dak li jahsbu dwar il-qaghda tal-familja.
Id-diskussjoni f’ dan il-Forum ghandha tkun l-isfond li fih jithejja l-Abbozz ta’ Ligi tad-Divorzju.
Jiena nemmen li l-kwistjoni dwar l-introduzzjoni tad-divorzju ma ghadhiex iddur ma jekk ghandux jidhol, izda madwar meta u kif ghandna naccetawh.
Kwalunkwe ligi li tirregola d-divorzju trid tkun serja u mhux xi tip ta’ hrug ta’ emergenza ta’ malajr. Ghandna l-ewwel nittamaw fis-salvazzjoni taz-zwieg u nahsbu fl-interess suprem tal-wild fiz-zwieg biex naccertaw l-anqas impatt negattiv fuq it-tfal, li wara kollox huma l-aktar parti innocenti f’falliment ta’ relazzjoni bejn koppja mizzewwga.
Fi ftit kliem, ghandha tkun ligi li taghti cans tajjeb lill-ewwel zwieg u mhux li thaffef il-proceduri biex jibda t-tieni zwieg .
Fl-istess waqt, hemm bzonn li jittiehed pass iehor kuraggjuz. Jien nemmen li wasal iz-zmien li l-Istat ma jkomplix jabdika r-rwol tieghu fit-thejjija tal-koppji ghaz-zwieg, rwol li gie mholli ghal kollox f’ idejn il-Knisja permezz tal-Moviment ta’ Kana.
Dan mhux sinjal ta’ sfiducja fil-Moviment ta’ Kana, izda realizazzjoni li l-Istat ma jistax biss jitkellem dwar il-bzonn ta’ familji fis-sod, imbaghad ma jkollux rwol fil-formazzjoni. Nemmen li hemm lok ta’ sinergija bejn il-funzjoni tal-Istat u dik tal-Knisja.
L-involviment tal-Istat huwa ddettat ukoll mir-realta tal-cirkustanzi. Fuq medda ta' 30 sena z-zwigijiet civili f' pajjizna zdiedu minn 4% ghal 35% taz-zwigijiet kollha. Huwa car li dan l-ammont se jkompli jizdied, Dawn il-koppji qed jidhlu ghaz-zwieg minghajr l-ebda tip ta’ thejjija ghaliex dawn m’ ghandhom l-ebda obbligu li jmorru ghal Kors ta’ Kana.
Ghalhekk, ghandu jitwaqqaf l-Istitut Nazzjonali ghall-Harsien tal-Familja li ghandu jorganizza, b’ sinergija u kumplimentarita’ mall-Moviment ta’ Kana, tahrig u thejjija ghaz-zwieg. Nemmen li dan it-tahrig ghandu jikkoncentra dwar ir-relazzjonijiet inter-personali, sahha u prevenzjoni sesswali realistika, tmexxija finanzjarja tal-familja, ghajnuna prattika fit-tqassim ta’ hin, trobbija tat-tfal, u drittijiet legali tal-individwi u l-koppja, fost l-ohrajn.
L-Istitut m’ ghandux jieqaf fit-thejjija ghaz-zwieg, izda ghandu jipprovdi qafas ta’ ghajnuna u appogg ghal dawk il-koppji li jkunu qed jiffaccjaw problemi fir-relazzjoni taghhom, u anki f’ mumenti ta’ krizi fejn il-koppja thossha wahedha, bhal per ezempju meta titlef tarbija. Dan nistghu nixduh personalment ghax meta ghaddejjna minn din l-esperjenza, ma kellna lil hadd fuq min induru ghal appogg, ghajnuna u gwida.
Inhares ‘il quddiem ghal reazzjonijiet ghal dawn il-proposti u nittama li nistghu ikollna diskussjoni sobrija u kemm jista’ jkun hielsa minn kull pregudizzji. F’ diskussjoni Nazzjonali fuq dan is-suggett ma ghandiex noholqu atmosfera ta’ “ahna” u “huma”. Jista’ jkollna veduti differenti, izda nemmen li lkoll ghandna l-gid tal-familji ghal qalbna.
Grazzi.