Bil-mozzjoni programmatika approvata fil-Konferenza Generali fassalna l-principji li fuqhom se jkunu mfasslin il-policies, il-manifest elettorali u l-pjan ghal pajjizna. B’dak li ghamilna llum qed niktbu l-istorja ta’ pajjizna. B’dak li ghamilna llum il-Partit Laburista, f’salib it-toroq, ghazel it-triq ambizzjuza, ghazel it-triq ghall-futur, ghazel it-triq l-iebsa. Ghazel it-triq ta’ moviment.
Stajna ghazilna l-kumdità li ma niddiskutux. Li ma nistaqsux. Li nhallu kollox l-istess. Li ma nkomplux inbiddlu. Minflok ghazilna t-triq l-iebsa, ghazilna moviment gdid li se jwassalna ghal pajjiz ahjar.
Dan qalu l-Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat fi tmiem il-Konferenza Generali Annwali 2010 giet fi tmiemha dalghodu wara konferenza ta’ ghaxart ijiem.
Il-Mexxej Laburista tkellem dwar il-principji li se jkunu qed imexxu ‘l quddiem dan il-moviment u ta’ proposti kontreti tul id-diskors.
Dr Muscat Jemmen f’kostituzzjoni li jkun id-dokument li jghaqqadna, kostituzzjoni li l-moviment ma jidejjaq xejn li tiggedded biex tirrifletti l-aspirazzjonijiet tan-nies filwaqt li zzomm il-principji ewlenin fosthom in-newtralità.
Dan se jkun il-moviment li jghozz id-demokrazija. Wahda mill-impenji tal-moviment huwa li anke min ma jaqbilx maghna se jkollu l-libertà kollha li jghid dak li jhoss, qal Dr Muscat.
Moviment li jemmen fil-konsultazzjoni vera qabel ma jittiehdu d-decizjonijiet. Mhux limitat ghal certu nies imma li jinkludi lil unions kollha ta’ pajjizna fl-MCESD ha jsemmghu lehinhom bhal ghaqdiet ta’ min ihaddem.
Moviment li jirrispetta l-valuri ta’ pajjizna
Huwa qal li dan huwa Moviment li jirrispetta l-valuri ta’ pajjiza. Kull bidla se tirrispetta s-sisien taghna bhala socjetà. Valur fundamentali tal-hajja u moviment totalment kontra l-abort.
Dr Muscat qal li dan il-moviment se jixpruna d-drittijiet civili ghal socjeta denja fid-dicennju l-gdid. Moviment li jaspira ghal stat lajk, li jkun habib tal-knisja, imma mhux haga wahda mil-knisja. Stat li ma jindahalx lill-individwu fl-ghazliet taghhom. Stat li jhobb il-familja u li ma jkomplix jabdika mid-dmirijiet tieghu ghat-tishih tal-familja. Stat li ma jghabbix pizijiet fuq il-familji u li tghin fil-preparazzjoni ta’ familji godda. Stat li jkollu rwol fil-preparazzjoni legali, finanzjarja, ta’ parental skills ghaz-zwieg.
Moviment li ma jiddejjaqx li jiddiskuti l-bzonnijiet il-godda tas-socjetà u mhux lest li jitfa l-affarijiet taht it-tapit.
Dr Muscat rega’ tenna li se jintroduci personalment abbozz ta’ ligi dwar id-divorzju, b’vot hieles lill-membri parlamentari jekk il-poplu jaghtih fiducja jmexxi l-pajjiz. Ma rrid niggudika l-hajja privata ta’ hadd. Kulhadd ghandu jinghata c-cans ghat-tieni opportunita fil-hajja.
Dan il-Moviment, qal Joseph Muscat, ma jiggudikax l-orjentazzjoni sesswali tal-persuni differenti. Ma jharisx lejn persuni gay bhala marda. Mhux imaqdar u jiggudika imma li jirrispetta lil kulhadd.
Joseph Muscat sostna li li l-ugwaljanza bejn is-sessi hija dritt. Ma jistax ikun li jkollna, kif ghandna, numru sabih ta’ nisa l-Universita mbaghad l-istat ma jkunx qed jipprovdi xoghol ghalihom.
Din hija socjeta’ Maltija li ghandha bzonn l-ghaqal tal-mara mhux biss fil-familja izda ukoll fit-tmexxija ekonomika u politika. Il-PL u l-Moviment iridu jipprovdu l-akbar lok ta’ opportunita’ ghan-nisa Maltin u Ghawdxin biex juru l-potenzjal taghhom.
L-iStat irid ukoll jara li jdahhal mizuri li jibbilancjaw bejn il-hajja u x-xoghol. Bzonn ta’ Parental Rights flessibbli u childcare.
Moviment li se jkun minn ta’ quddiem biex jimbotta lin-nisa fil-politika.
Dawn kollha jiswew il-flus, izda tant iehor jiswa’ lill-pajjiz li tant nisa huma inattivi u m’ghandhomx l-opportunitajiet li jixraqilhom.
Joseph Muscat qal li dawn huma sett ta’ principji li min irid ikun fil-moviment ghandu jidentifika ruhu maghhom.
Ix-Xoghol, l-Edukazzjoni u s-Solidarjeta’ Socjali
Ix-xoghol, l-edukazzjoni u s-solidarjetà socjali se jkunu t-trepied li fuqhom se nkunu qeghdin nahdmu bhala moviment, qal Dr Muscat.
Joseph Muscat qal li x-xoghol se jkun parti mit-trepied li jgholli ‘il fuq lill-familji, ikisser il-faqar (20% huma wisq) u jgholli l-livell tal-ghixien.
Il-Mexxej Laburista qal li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma jinteressaw lill-Partit Laburista u lil dan il-moviment ghax hemm punt aktar fundamentali – ix-xoghol.
Id-decizjoni tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma qed timmina l-holqien tax-xoghol f’pajjizna. Ix-xoghol ikisser il-faqar u jgholli l-livell tal-ghixien tal-middle class. Il-moviment irid stat li ma jzidx il-pizijiet, ma jzidx it-toqol fuq il-familji.
Biex neghlbu l-isfidi tal-prezent u l-futur ghandna bzonn min jahdem u mhux min jigi mgieghel jirtira, qal Dr Muscat.
Huwa sahaq li dan il-moviment irid xoghol produttiv bi drittijiet ta’ veru u bl-Istat jaghti l-ezempju u mhux li jixtri minghand min jabbuza. Moviment li se jara li min jabbuza mill-haddiema ma jiehux aktar kuntratti mill-gvern.
Edukazzjoni u innovazzjoni
Il-mexxej Laburista qal li dan il-Moviment irid ikun moviment tal-edukazzjoni u tal-innovazzjoni, bit-tfal fic-centru u l-genituri u l-ghalliema siehba f’dan il-progett.
Irridu nkissru l-figura ta’ 4 minn kull 10 itfal li ma jkomplux l-iskola wara s-sittax-il sena, qal Joseph Muscat. Din hija cavetta ewlenija ghas-success socjali u ekonomiku.
Ir-ricerka u innovazzjoni ghall-Ekonomija, Sahha u Ambjent se jkunu l-oqsma l-aktar importanti biex immexxu lil dan il-pajjiz fil-futur. Irridu ekonomija ahjar u aktar sostenibbli.
Dr Muscat qal li dan ghandu jkun ukoll il-Moviment tas-solidarjeta socjali fejn il-vizjoni taghna ta’ stat huwa ta’ stat li ma jindahalx imma li ssibu meta jkollok bzonn.
Mhux stat ta’ burokrazija imma stat li permezz ta’ servizzi socjali flessibli ssibhom hemm meta tahseb li inti wahdek, meta tahseb li hadd ma jista jghinek.Stat li permezz tas-servizzi socjali tieghu jkunu flessibbli bizzejjed u li ssibu meta l-aktar li jkollok bzonn.
Il-Mexxej Laburista appella lil dawk il-haddiema tac-civil kollha ta’ rieda tajba biex jissiehbu f’dan il-progett biex is-sistema ssir aktar flessibbli fejn ma nhallux il-ligijiet ikunu xkiel imma jkollna sistema li tghin lil min isib dan ix-xkiel.
Dr Muscat semma kif haw16,000 persuna li se tonqsilhom l-ghajnuna supplimentari minhabba zjieda li nghata ghall-gholi tal-hajja jekk jibqa’ ma jizdiedx ceiling.
L-istess bhal dawk il-persuni li jiehdu voucher ghall-kontijiet tad-dawl u l-ilma – anke vouchers ta’ ewro – li mhux se jiehdu l-kumpens ta’ darba li ta l-Gvern minhabba z-zidiet fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma.
Dr Muscat qal li meta jsir hekk ma jkunx hemm servizzi socjali, imma servizzi ta’ relazzjonijiet pubblici.
Stat li jipprotegi l-anzjani
Joseph Muscat sostna li l-istat ghandu jaghti lill-anzjani l-mistrieh misthoqq, izda ukoll id-dinjita’ li jistghu ikunu produttivi permezz ta’ pariri u xoghol.
Stat li jipprotegi l-anzjani anke minn vjolenza. Irridu nharrxu l-ligi ghal min jipprova jaghmel vjolenza fuq anzjani. L-istess kif ghandu jkun hemm protezzjoni mill-abbuzi anke minn professjonisti bhal meta anzjani jigu mgielghin jiffirmaw prokura. B’hekk hawn bzonn ta’ ligi u regolamentazzzjoni li l-anzjani ma jkunux abbuzati lanqas b’dan il-mod.
Joseph Muscat qal li ghal wisq zmien is-socjetà harset lejn il-persuni b’dizabilta bi hniena. Irridu nharsu lejhom bhala rizorsa. Nifthu l-bibien tal-edukazzjoni ghall-persuni b’dizabilta. Persuni b’ dizabilita’ naghtuhom access ghax-xoghol u mhux ligijiet taparsi.
Irridu diskussjoni serja, u mhijiex diskussjoni facli dwar x’ jigri wara l-mewt tal-Genituri.
Sahha ta’ kwalita, fil-hin u b’xejn
Dr Muscat qal lid an il-Moviment irid ikun moviment tas-sahha ta’ kwalità, ta’ sahha fil-hin u sahha b’xejn. Mhux sahha ta’ mwiet fuq l-istrecher.
Irridu ninvestu aktar biex ikollna hinijiet determinati minn qabel ta’ kemm persuna tista’ tistenna ghal operazzjoni fuq waiting list.Ahna se ndawwru s-servizz tas-sahha biex ikun l-aqwa fl-Ewropa.
Il-Mexxej Laburista qal li dan huwa moviment tal-middle class u din hija d-dar tal-middle class. Il-klassi medja kienet drat tahdem aktar biex imexxu l-familja taghhom ‘il quddiem. Imma llum qed jahdmu aktar u jaqilghu inqas. Klassi li qed taqla fuq rasha. Il-klassi medja hija wkoll ic-cavetta tas-success ghal pajjizna.
Joseph Muscat qal li dan se jkun ukoll il-moviment tal-ekonomija li se johrog lill-pajjizna minn ricessjoni. Ekonomija li tikber ghax taghti flus fil-bwiet tal-haddiema, tas-self employed u tal-istudenti. Vizjoni ekonomika ta’ xoghol u gid. Ma jaccetta qatt li jkun hemm id-daqqa tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Daqqa enormi ghall-familji u daqqa doppja ghan-negozji, bl-oghla kontijiet fl-Ewropa.
Nemmnu fit-tnaqqis ghaqli u sostenibbli tat-taxxi bhala stimulu ghall-ekonomija.
Nemmnu fit-turizmu bhala c-cavvetta mill-gdid ghas-success tal-ekonomija. Il-haddiema kollha fis-settur jinghataw il-motivazzjoni. Moviment li johloq green jobs. Moviment li jassigura li Ghawdex johloq ix-xoghol ghal Ghawdxin imma wkoll ghal Ghawdxin.
Dan huwa l-moviment tal-gustizzja socjali. Mhux bizejjed jinholoq il-gid imma jrid jinqasam gustament. Min miexi ‘l quddiem jibqa miexi ‘l quddiem imma nridu nghinu lil batut. Dan il-partit irid ikun il-partit li jaqbez ghall-foqra f’pajjizna.
Dr Muscat qal li t-taxxi f’pajjizna jridu jkunu gusti. Il-livell ta’ tassazzjoni f’Malta huwa gholi wisq. Hawn bzonn ta’ livell ta’ tassazzjoni sostenibbli. U t-taxxi ghandhom ikunu hemm imma dawn ghandhom ikunu taxxi gusti ghall-edukazzjoni, ghal sahha b’xejn, ghal infrastruttura tal-aqwa kwalità, ghal pensjonijiet, tahrig u ricerka.
Il-vizjoni taghna hija ta’ pajjiz fejn timxi skond x’taf u mhux lil min taf. Moviment li jimxi bil-principju tal-meritokrazija fejn jissewwew l-ingustizzji u kulhadd ikollu l-opportunita’ juri x’ isarraf.
Il-Mexxej Laburista tkellem dwar il-bzonn ta’ tmexxija trasparenti li tibza’ ghall-flus daqs kemm il-familji habrieka jahdmu ghat-taxxi li jhallsu. Is-sitwazzjoni bhalissa hija li l-korruzzjoni li tezisti qed tkun taxxa fuq il-familji habrieka Maltin u Ghawdxin.
Huwa qal li l-Stat ghandu jibza’ ghall-assi tieghu, mhux jitlaq Sant’Iermu, Sant’Anglu, fost l-ohrajn, imbaghad jigi jippriedka haddiehor x’ ghandu jaghmel lil haddiehor.
Tkellem dwar privatizzazzjoni fejn veru jkun hemm value added u fejn niehdu haqq il-valur tal-assi, u mhux minn fuq 2 vapuri tlifna l-istess ammont li se ndahhlu fi 30 sena ghat-tarzna kollha.
Assi strategici ma jintelqux u nirrepeti, l-Air Malta mhijiex ghall-bejgh, qal Dr Muscat.
Joseph Muscat qal li jittama li qed ninghataw stampa tas-sitwazzjoni vera tal-finanzi tal-pajjiz u mhux qed nassistu ghal posponimenti biex jiekolhom il-Gvern ta’ wara.
Servizz Pubbliku fejn tinghata servizz tajjeb u fil-hin. Ir-regola tkun li jekk tmur dipartiment trid tinqeda. Fejn wahda mill-platforms li naghmlu – gvern jahdem b’mod elettroniku mac-cittadini. Dan irid jinkludi lil Qrati tal-Gustizzja. Ma jistax ikun li haddiem jiehu gurnata fuq ohra leave, self employed jahli l-hin biex imur il-Qorti jew dipartiment, imbaghad jghidulu differita jew ma jinqediex. Le jrid ikun hemm drittijiet, diminijiet u hinijiet cari ta’ kif isiru l-affarijiet, qal Dr Muscat.
Drittijiet godda lill-konsumaturi
Tkellem ukoll dwar il-bzonn ta’ drittijiet godda kemm ghall-konsumaturi tal-prodotti u servizzi tal-Istat u tal-Privat.
Huwa qal li hawn bzonn ta’ charters ta’ drittijiet cari tal-konsumaturi inkluz l-introduzzjoni ta’ Class Action sostenibbli, li tfisser li grupp ta’ nies jinghaqdu biex ifittxu l-interessi komuni taghhom.
Moviment tal-konsumaturi bi drittijiet Ewropej, kemm ghal prodotti u servizzi tal-istat kif ukoll tal-privat.
Joseph Muscat tkellem ukoll dwar moviment li se jkun taz-zghazagh li se jkunu l-mutur li jixprunaw il-bidla fil-pajjiz.
Wiehed mill-akbar sfidi ta’ din il-generazzjoni hija l-isfida tal-ambjent, qal Joseph Muscat. Irridu nkunu kreattivi u niehdu in konsiderazzjoni proposti ta’ reklamar ta’ art mill-bahar. Huwa qal li l-PL huwa nkwetat bil-livell tal-arja li qed jiehdu t-tfal Maltin. Ahna m’ahniex komdi li nghixu f’din is-sitwazzjoni.
Huwa tkellem ukoll dwar il-problema tal-ilma u qal li se jkun hemm mumenti fejn ikollhom jittiehdu mizuri biex il-problema tal-ilma tissolva. Imma meta jsir dan se jkun hemm djalogu sincier li l-ewwel u qabel kollox ingibu l-interessi ta’ pajjizna u tal-familji Maltin u Ghawdxin.
Partit li jinfatam mill-irbit tal-bierah
Dr Muscat qal li f’dawn il-jiem ghamilna ghazla. L-ghazla li ghamilna kienet ghazla iebsa u kuragguza. L-ghazla biex dan il-partit jinfatam mill-irbit tal-bierah.
Stajna ghazilna kumdita li ma niddiskutux, li nhallu kollox l-istess, li ma nkomplux nbiddlu.
Minflok ghazilna t-triq l-iebsa, tal-isfida li se twassalna ghal moviment gdid ghal pajjiz ahjar.
Apprezajna dawk li dejjem kienu maghna, smajna lil dawk l-eluf li jhossuhom maqtughin mill-politika u lil dawk li emmnu fl-elezzjoni li ghaddiet li l-PL ma kienx l-ahjar ghazla.
Huwa qal li spiccaw il-monopolji ekonomici u politici. Spicca z-zmien meta bilfors trid tintrabat ma’ partit jew iehor. M’hemmx voti taghna u voti taghhom. Il-voti huma tan-nies li jiehdu decizjoni minn darba ghal ohra.
Hergin mill-era tal-partiti ta’ lbierah. Nibqghu partit ta’ lbierah jew ikun bazi ta’ movement li jservi ghal partit ta’ ghada. Biex jaqdi dmiru lejn is-socjeta, l-PL irid jaghti lilu nnisfu ghas-servizz.
Min gej fostna mhux se jintrabat ma’ partit imma mal-idea ta’ Malta bhala l-aqwa fl-Ewropa. Qed naraw nies minn kull oqsma, ta’ kull età, li qed jaqsmu maghna l-ideal.
B’dak li ghamilna llum qed niktbu l-istorja tal-partit u tal-pajjiz taghna. Nies li qed jaraw l-istess ucuh, l-istess korruzjoni, l-istess burokrazija – dawn iridu pajjiz Ewropew ta’ veru.
Dan il-progett ma jintemmx mal-gurnata tal-elezzjoni. Din hija vizjoni ghal pajjizna. Biex jghix dan il-moviment irid jibqa usa mill-partit.
Mozzjoni hija sett ta’ principji importanti li qbilna dwarhom. Ghandna l-gwida li se tmexxina mhux sa Elezzjoni, qal Dr Muscat.
Huwa sostna li ghamilna ghazla f’din il-konferenza favur helsien ta’ ghada. Inkunu l-aqwa fl-Ewropa.
Jekk dan il-moviment jinghata l-fiducja, se nsibu sfida difficli. Se nsibu l-isfida tal-Presidenza tal-UE fl-2017. Din mhux se tkun sfida ta’ nofs poplu fejn fuq naha jahdmu, fuq naha ohra nhallu barra. Irid ikollna sa dak iz-zmien ic-cans li naghtu leadership fl-Ewropa. Irridu nuru bil-presidenza li dan il-poplu ckejken jista’ jmexxi l-Ewropa, qal Dr Muscat.
Biex nilqghu ghal din l-isfida, jien mhux kuntent bil-medjokrita, niffukaw li naghtu leadership lill-Ewropa li turi li l-izghar pajjiz kapaci daqs l-akbar pajjiz tal-Unjoni Ewropea.
Ghalhekk il-PL qed jaghzel it-triq tal-moviment. Nistieden lil kulhadd, inghaqdu maghna f’dan il-moviment jekk temmnu li ghada jisbah jum ahjar, l-ahjar snin ghal pajjizna ghadhom gejjin, tem mil-Mexxej Laburista.