PL and PSE
 

Kontijiet li jimminaw ix-xoghol

leadimage

Il-Partit Laburista se jattendi bil-qalb ghas-sejha nazzjonali ghall-manifestazzjoni li qed torganizza l-Ghaqda Unions Maltin kontra l-kontijiet tad-dawl u l-ilma filwaqt li heggeg lil kulhadd biex jattendi ghall-manifestazzjoni li se ssir fit-28 ta’ Frar.

 

Dan qalu l-Mexxej Laburista Joseph Muscat waqt il-laqgha ta’ diskussjoni gewwa c-Centru Laburista tal-Imsida.

 

Joseph Muscat qal li z-zieda tal-kontijiet hija decizjoni irresponsabbli u l-istudju tal-unions juri kif il-familji se jiffacjaw zidiet sa 31% u n-negozji se jidiedulhom b’50%. Dawn huma l-oghla kontjiiet fl-Unjoni Ewropea ghall-intraprizi. B’hekk il-Mexxej Laburista heggeg lill-Ghaqda Union Maltin u ghamlilhom kuragg filwaqt li qal li jittama li ma tibdix kampanja ta’ assissnju politiku fuq il-unions u l-mexxejja taghhom.

 

Il-PL qed jiehu pozizzjoni soda kontra l-impozizzjoni tal-gvern fuq il-kontijiet tad-dawl u ilma ghax l-iktar punt importanti ghall-PL huwa li dawn qed jimminaw ix-xoghol.

 

Bil-kontijiet tad-dawl u l-ilma qed jonqos il-konsum u qed tinghata daqqa ta’ harta lin-negozji. Qeghdin nkissru l-kompettività ta’ pajjizna u nidhlu f’cirku vizzjuz ghax il-haddiem bi dritt jitlob kumpens ghall-gholi tal-hajja, in-negozji jizdiedulhom l-ispejjez u tonqos il-kompetittività, qal Joseph Muscat.

 

Taxxa tad-drenagg u hlas ta’ imghax fuq il-kont

 

Iktar minn hekk, qal Dr Muscat, il-poplu ghall-ewwel darba se jkollu jiffaccja t-taxxa tad-drenagg. Issa wkoll qed jiddahhal il-kuncett li min ihallas tard irid ihallas multa ta’ 6% u ghadhom lanqas wiegbu jekk dan l-imghax jithallasx mal-estimi.

 

Joseph Muscat sostna li sal-lum lanqas ghadna nafu b’kemm se joghla l-prezz tal-gass u dan wara li l-prezz diga’ rdoppja fi zmien sena.

 

Il-Mexxej Laburista qal li filwaqt li l-poplu nkwetat fuq il-kontijiet, il-Prim Ministru mar Parigi fejn sab flus ghall-affarijiet ohra imma mhux biex jghin lin-nies fl-ikbar problemi li ghandhom li huma l-kontijiet.

 

Ma biddilx ghax beza

 

Joseph Muscat tkellem dwar ir-reshuffle u qal li Lawrence Gonzi ma biddel xejn. Huwa qal li anke l-backbenchers tal-PN u nies ohra fil-gvern qed jghidu li Gonzi ma biddel xejn fil-Kabinett.

 

Ma biddilx mhux ghax l-affarijiet sejrin tajjeb, izda ghax beza’ minhabba konsegwenzi ohra li seta’ jkun hemm. B’dak li gara din il-gimgha l-hajja tal-poplu mhux se tinbidel, il-problemi se jibqghu hemm.

 

B’dak li ghamel qed tohrog aktar fid-dawl l-instabbilità fil-gvern. Huwa qal li l-Prim Ministru li jkun cert mill-appogg li qed jgawdi ma kellux ghalfejn jghaddi lill-pajjiz minn dan kollu u fi zmien li l-pajjiz ghaddej minn dan kollu waqqaf il-Parlament.

 

Gonzi jinganna u l-poplu jhallas

 

Joseph Muscat qal li l-membri parlamentari Nazzjonalisti stess ghandhom dubji kbar dwar il-kreddibilita’ tal-Prim Ministru . Fl-ahhar gimghat kaz wara l-iehor hareg il-mod kif Lawrence Gonzi jinganna lin-nies u jgieghel lill-poplu jhallas tal-ingann.

 

Huwa semma kif wiehed mill-kazijiet kienet tal-karozzi tal-linja fejn il-poplu Malti hallas biex Lawrence Gonzi jixtri lura l-weghda li ghamel lis-sidien. Huwa uza €52 miljun ewro minn flus it-taxpayers.

 

Dr Muscat qal li dawn il-flus seta’ uzahom ahjar kieku zamm kelmtu mas-sidien tal-karozzi. U mhux qabel l-elezzjoni weghdom li l-affarijiet se jibqghu l-istess.

 

L-istess bhal fil-kaz tat-tarzna l-poplu Malti ilu snin shah ihallas flus biex jaghmel tajjeb ghall-haddiema tat-tarzna, issa se tinbiegh ghal 30 sena b’ammont nett €52 miljun.

 

Dr Muscat fakkar kif wara dan kollu l-Ministru tal-Finanzi ha zball fuq ic-cifri tat-tender tat-Tarzna. U allura kif tista’ tafdah bi flus in-nies jekk fuq transaction wahda tat-Tarzna ha zball ta’ €20 miljun.

 

It-triq tal-Moviment

 

Joseph Muscat qal li l-konferenza generali kienet salib it-toroq ghall-PL, fejn il-PL kellu jaghzel li jibqa’ partit tal-bierah jew inkella jinfetah ghall-moviment usa. Moviment huwa usa’ minn partit u jigbor fih nies li mhux bilfors jaqblu mal-PL, imma jafu li d-direzzjoni li qed jaghti l-PL hija l-ahjar triq ghall-pajjiz ghax huma moderati u progressivi.

 

Issa qeghdin f’salib it-toroq bhala nazzjon fejn ir-ricetti tal-passat mhumiex se jahdmu ghall-pajjiz. L-ghan tal-PL mhux li jirbah l-elezzjoni imma li jbiddel id-direzzjoni tal-pajjiz. L-ghan ta’ partit mhuwiex li jerbah l-elezzjoni imma li jiggverna, u jista’ jiggverna partit jekk ikollu koalizzjoni socjali usa. It-tibdil huwa bzonnjuz u din il-gimgha urejna bil-fatti li dan il-partit u moviment li jemmen bir-rwol tan-nisa fuq quddiem nett.

 

Dr Muscat qal li l-vizjoni ekonomika tal-PL tiddistingwih minn dan il-gvern ghax jemmen li l-ekonomija tfisser il-holqien tax-xoghol u l-holqien tal-gid biex imbaghad niffinanzjaw il-progetti li jkollna bhala gvern. Ghandna bzonn li l-ekonomija tikber biex insahhu s-servizzi socjali. Il-flus ma ngibuhomx billi nintaxxaw iktar lin-nies. Jekk hemm differenza bejn il-moviment tal-progressivi u l-moderati u l-partit ta’ Lawrence Gonzi huwa l-mod kif qed inharsu lejn l-ekonomija. Il-prijoritajiet tal-Gvern mhux korretti. Hemm bzonn progetti kapitali. Imma l-aqwa policy ekonomika hija li tkabbar il-gid u tohloq ix-xoghol f’pajjizna, qal Joseph Muscat.

 

Huwa qal li l-Partit Laburista jehtieg ikollu kuragg kbir li meta naraw nies gejjin lejn dan il-moviment biex nifhmu li z-zminijiet, in-nies u s-socjetà qeghdin jinbidlu. Ghandna bzonn li nibqghu nisimghu minn kulhadd. Ghandna principji li jappellaw ghall-maggoranza enormi ghall-Maltin u Ghawdxin u ghalhekk tajjeb li nibqghu mmexxuhom ‘il quddiem.

Dan se jkun moviment li mhux se jghakkes in-nies imma li johloq il-gid u johloq ix-xoghol. Moviment li jirrealizza li l-aqwa zmien ghal dan il-pajjiz ghadu gej.

 

Dejjem emminna fin-nies – Dr Toni Abela

 

Waqt il-laqgha ta’ diskussjoni tkellem ukoll id-Deputat Mexxej ghall-Affarijiet tal-Partit Toni Abela. Huwa qal li l-lingwagg politiku tal-Partit Laburista jiddistingwina u li t-tradizzjoni tal-istrutturi taghna hija mibnija fuq is-sistema demokratika Ingliz.

 

Huwa qal li l-PL dejjem emmen fin-nies u ghalhekk hemm bzonn tac-centri politici li huma importanti hafna ghall-attivizmu politiku fejn in-nies jippartecipaw mill-qiegh tas-socjetà. Irridu li c-centri taghna jwasslu l-kelma taghna fil-lokalitajiet taghna.

 

Tkellmu wkoll id-Deputat Laburista u Kelliem Ewlieni ghall-Ambjent, Zvilupp Sostenibbli u t-Tibdil tal-Klima Leo Brincat u l-Kordinatur tal-PL Business Forum Marlene Mizzi.

 

 

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME