PL and PSE
 

Tonio Fenech iddikjara li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma gholew minhabba d-deficit

leadimage

Id-dikjarazzjoni li ghamel il-Ministru Tonio Fenech li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma kienu fost il-mizuri li ha l-gvern biex jikkontrolla d-deficit tikxef kif mhux vera l-kontijiet gholew minhabba l-prezz taz-zejt biss.

Dan qalu l-Mexxej Laburista Joseph Muscat waqt laqgha ta’ diskussjoni saret fis-sala ta’ Bieb is-Sultan, fil-Birgu l-Hadd fil-ghodu.

Dr Muscat qal li l-ahbarijiet tal-PBS irrappurtat dikjarazzjoni tal-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech, li qal li “Malta ghamlet ir-riformi mehtiega fil-hin u hadet mizuri, fosthom bit-tariffi tad-dawl u l-ilma, li se jwasslu biex sal-2011 id-deficit tal-pajjiz jinzel taht it-3 fil-mija kif titlob il-Kummissjoni Ewropea.”

Il-mexxej Laburista qal li d-dikjarazzjoni ta’ Tonio Fenech tfisser li l-kontijiet gholew minhabba d-deficit u mhux minhabba z-zejt.

Mhux veru li d-deficit sar minhabba x-xoghol

Huwa qal li lanqas huwa veru li d-deficit sploda minhabba x-xoghol, kif jghid il-gvern. Dan ghax meta l-Kelliem Ewlieni tal-Finanzi Charles Mangion kien staqsa fil-Parlament dwar kemm intefqu miljuni biex jigi protett ix-xoghol, ir-risposta kienet li ntefqu madwar €15-il miljun. Dawn il-€15-il miljun inberkuhom, qal Joseph Muscat, izda ghadna nistennew twegiba fejn marret id-diskrepanza ta’ madwar €180 miljun ohra li hemm fid-deficit.

Dr Muscat semma wkoll kif minn din is-sena ddahhlet taxxa tad-drenagg b’mod formali. Huwa qal li inutli jghidu li din it-taxxa ma ddahhlitx, ghax il-kuncett iddahhal u se jkun inkluz fil-kontijiet li se nibdew nircievu.

Fakkar kif lanqas inghatajna twegiba fuq kif il-Gvern introduca taxxa gdida ta’ 6% ghal min ihallas il-kont iktar tard, liema mhux issa se tkun inkluza anke fl-istima.

Il-Mexxej Laburista qal ukoll li l-PL ta anke soluzzjoni konkreta fuq kif b’semplici bidla fil-kalkolu l-piz tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma kienu jonqsu

Appogg lill-GHUM

Joseph Muscat rega’ sejjah ghall-moviment kollu li qed jinbena madwar il-Partit Laburista biex ikun spalla ma’ spalla mal-unions kollha biex bhala Maltin u Ghawdxin insemmghu lehhinha fil-manifestazzjoni li se ssir il-Hadd li gej mill-Ghaqda Unions Maltin. Huwa wieghed li l-PL se jkun spalla ma’ spalla mal-familji Maltin u Ghawdxin kollha l-Hadd li gej kif ukoll spalla ma’ spalla mal-poplu kollu fil-Parlament l-ghada, it-Tnejn l-1 ta’ Marzu, meta fil-Parlament tkun ghaddejja d-diskussjoni u l-vot dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Problemi fil-qasam tax-xoghol

Il-Mexxej Laburista qal li anke fil-qasam tax-xoghol tezisti problema u kkwota statistika ta’ Awwissu li ghadda li tikkonferma li n-nies jahdmu bi qliegh naqsu b’aktar minn 1,700 ruh. Qal ukoll li f’xahar wiehed biss in-nies jahdmu bi qliegh naqsu b’400.

Hawn sostna li 400 ghall-PL mhijiex figura, imma huma 400 familja li jridu jibqghu ihallsu l-edukazzjoni ta’ uliedhom, il-kontijiet tad-dawl u l-ilma u jaghmlu x-xirja. Kull wiehed minn dawn il-persuni hemm storja warajhom u dan huwa l-mod kif il-PL ihares lejn dawn in-nies, mhux bhala figuri, imma bhala familji.

Dr Muscat qal li fl-istess zmien li l-gvern kien qed jghif li l-1,500 persuna li tnehhew mit-tarzna sabu xoghol, l-istatistika turi car li s-settur privat naqqas ix-xoghol.

Ikkwota figuri ohra ufficjali li juru kif f’dak il-perjodu, ix-xoghol fis-settur tal-manifattura u l-fabbriki naqas b’1000, fis-settur tal-bini naqsu bi 350 u fl-eqqel tal-perjodu turistiku bejn Lulju u Awwissu n-nies jahdmu fis-settur tal-lukandi u r-restoranti naqsu b’600.

U f’dan iz-zmien iebes, Lawrence Gonzi kompla jaghsar lill-familji u n-negozji u gholla l-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Tnaqqis sostenibbli ta’ taxxi

Joseph Muscat sahaq li hemm kuncett fundamentali hazin fil-gvern li fi zmien meta ghandek l-ekonomija u l-familji qed isofru ma zzidx iktar pizijiet b’tali mod li tghakkes iktar lill-familji.

Dr Muscat qal li jemmen fi tnaqqis sostenibbli tat-taxxi ghax bi tnaqqis ta’ taxxi tigi incentivata l-ekonomija. Il-flus zejda li jibqghu fil-bwiet tal-familji u n-negozji jiggeneraw il-gid u bil-gid jigi ggenerat ix-xoghol.

B’dak il-gid li jigi ggenerat il-gvern ikollu bizzejjed biex isostni welfare state sod. Bizzejjed ukoll biex izzomm il-pensjonijiet, sahha b’xejn u edukazzjoni b’xejn tal-aqwa kwalità ghal kulhadd.

Dan b’differenza ghall-politika ta’ Lawrence Gonzi li taghsar lin-nies bit-taxxi u mbaghad jaghtik ghazla bejn li jkompli jaghsrek jew izomm il-welfare state.


Ghandu jitnehha l-kuncett tas-sahha bi hlas

Il-Mexxej Laburista tkellem dwar ir-riforma li qed jipproponi l-gvern ghall-qasam tas-sahha u qal li din ir-riforma ma ghandix maggoranza fil-Parlament. Tant li l-Parlament diga’ warrabha.

Huwa fakkar kif qabel l-elezzjoni generali Lawrence Gonzi wieghed sahha b’xejn lil kulhadd minkejja li nhareg dokument tal-kabinett li kien jghid bil-kontra tal-wieghda li kien qed jaghmel. Lawrence Gonzi kien rebah l-elezzjoni fuq il-weghda ta’ sahha b’xejn.

Hekk kif ghaddiet l-elezzjoni Lawrence Gonzi kkummissjona rapport iehor minn grupp ta’ esperti dwar is-servizz tas-sahha. Li kieku kien jemmen fis-servizz tas-sahha b’xejn kien jghidilhom mill-ewwel li l-principju ewlieni huwa li s-sahha tibqa’ b’xejn.

Imbaghad Lawrence Gonzi ried izomm ir-rapport mistur sa ma kien il-PL li rega’ zvela dan ir-rapport wara li Gonzi sahansitra cahad li jezisti.

Issa anke deputati tal-PN qed jaqblu mal-PL li din hija proposta ta’ servizz tas-sahha bi hlas. U l-Gvern m’ghandux maggoranza fil-parlament.

Dr Muscat qal li huwa irrelevanti li tiddiskuti d-dettalji ta’ din ir-riforma ghax il-PL mhu se jiddiskutu ma’ hadd li jrid idahhal il-hlasijiet fuq is-servizzi tas-sahha.

Biex igibna niddiskutu madwar il-mejda jrid jaghmel cara u tonda li jnehhu l-kuncett ta’ hlas fuq is-sahha. Ahna qatt mhu se naccettaw li s-sahha jkun bi hlas, qal Joseph Muscat.

Matul din il-laqgha ta’ diskussjoni intervjenew ukoll id-deputati Laburisti tad-distrett Chris Agius li tkellem dwar l-isport u t-titjib li ghad irid isir. Stefan Buontempo li tkellem fuq il-kunsilli lokali u l-elezzjonijiet tal-hamlets. Helena Dalli li tkellmet fuq kif il-Gvern ried jaghlaq it-tarzna u l-kuntratt skandaluz tal-Fairmount u Joe Mizzi li tkellem dwar l-instabbilità tal-Gvern ghall-mod kif ghalaq il-Parlament sakem saret l-elezzjoni kazwali u l-mozzjoni tal-PL kontra l-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

 

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME