Il-Kap tal-Oppozizzjoni u Mexxej Laburista, Joseph Muscat, illum temm biz-zjara tieghu fi Franza fuq stedina tal-Gvern Franciz.
Fl-ahhar parti taz-zjara tieghu, il-Kap tal-Oppozizzjoni zar il-belt Hyeres, fin-Nofsinhar ta’ Franza flimkien mall-gzira ta' Porquerolles li tinsab taht ir-responsabbiltà ta' din il-belt.
Dawn l-inhawi huma maghrufa hafna bhala destinazzjoni turistika fi Franza. L-ekonomija ta’ din iz-zona hija fil-fatt dipendenti hafna fuq it-turizmu u qed tizviluppa mudell ta' kif jintlahaq bilanc bejn l-izvilupp turistiku u l-ambjent.
Dr Muscat intlaqa’ mill-awtoritajiet tar-regjun fejn inghata spjegazzjonijiet u ttiehed ghal zjarat biex jara l-mod kif jittiehdu decizjonijiet l-aktar fl-izvilupp sostenibbli, il-problema tal-ilma, u l-accessibilità ghaz-zona u l-gzejjer tal-madwar