PL and PSE
 

Il-PL se jiehu l-kwistjoni tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma l-Qorti

leadimage

Il-Partit Laburista se jiehu passi fil-Qorti kontra l-mod kif iddahhlu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Il-Kelliem Ewlieni ghar-Rizorsi u whip tal-Grupp Parlamentari Joe Mizzi se jressaq lill-Awtorità ghar-Rizorsi l-Qorti ghall-mod kif aggixxiet fil-konfront ta’ dawn il-kontijiet.

Dan qalu l-Mexxej Laburista Joseph Muscat waqt laqgha ta’ diskussjoni li saret fil-Mellieha dalghodu.

 

Il-punt krucjali huwa x-xoghol

Dr Muscat qal li l-punt krucjali ghall-Partit Laburista mhumiex il-kontijiet, imma x-xoghol. Dawn il-kontijiet ipoggu x-xoghol tal-Maltin u l-Ghawdxin fil-periklu.

Huwa sostna li t-tellief f’dawn il-konijiet huma l-familji u l-haddiema ghax jonqos ix-xoghol u l-kwalità tax-xoghol.

Joseph Muscat qal li llum hawn anqas xoghol u anqas nies li qeghdin jahdmu bi qliegh. Statistika li nghata fil-Parlament din il-gimgha uriet li medja ta’ 7 min-nies kuljum tilfu xogholhom fl-2009. It-tbassir tal-Gvern lanqas huwa xi tbassir sabih ghax qed jara li l-qaghad se jitla’ sa 7.4%, li huma ekwivalenti ghal 13,000 ruh. It-tbassir tal-Gvern qed jghid li sal-2012 il-qaghad se jerga’ lura ghal-livelli tal-lum.

U s-soluzzjoni ta’ Lawrence Gonzi ghal din ir-reatà kienet li gholla l-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Dr Muscat qal li mhuwiex settur wiehed biss li qed jintlaqat mill-problema tax-xoghol imma huma l-haddiema tal-fabbriki, nies teknici u anke managers. Jigifieri d-daqqa qed tinhass matul l-ispektrum kollu tas-socjetà.

 

Il-klassi medja qed taqlaghha wkoll

Sostna li fix-xenarju prezenti mhumiex biss dawk li jaqalghu minimum wage jew ftit iktar li mhumiex stmati. Imma l-klassi medja wkoll li qed tkun l-ewwel li taqlaghha u mhix issib ebda protezzjoni mill-Gvern anzi iktar qed tbaghti mit-taxxi li qed ikunu l-ewwel nies li jintlaqtu.

Joseph Muscat qal li huwa ghalhekk li jaghmel sens il-moviment li qed jibni warajh il-PL, ghax ma jharisx lejn il-klassi socjali. F’dan il-mument bilfors hemm bzonn ta’ ghaqda fis-socjetà fejn il-haddiem ma johodhix kontra s-sid u min jimpjega ma johodhix kontra min ghandu l-paga. Ghandna nnehhu l-idea li xi parti tas-socjetà hija kontra xi parti ohra tas-socjetà u ghalhekk dan il-moviment ghandu jkun tal-Maltin u l-Ghawdxin kollha kemm huma.

Il-Mexxej Laburista qal li issa Lawrence Gonzi qed jikkwota hafna figure u f’Gunju se jithabbar li Malta harget mir-ricessjoni ekonomika.

Dr Muscat qal li forsi r-ricessjoni ekonomika se nkunu bdejna hergin minnha, imma r-ricessjoni umana se nkunu ghadna qeghdin fiha.

Huwa sostna li llum Gvern ta’ Lawrence Gonzi lanqas tista’ tghidlu Gvern tan-Nazzjonalisti, imma sar Gvern ta’ erba’ min-nies. Anke min hu simpatetiku tal-PN illum il-gurnata lanqas qed jaghraf il-Gvern li vvota ghalih sa sentejn ilu.

Joseph Muscat sahaq li l-Prim Ministru jipprova jserrah il-kuxjenza tal-Grupp Parlamentari tieghu stess billi jghid li qed tinghata ghajnuna lil min ghandu bzonn. Sostna li dan mhux minnu ghax min jaqbez il-minimum wage bi ftit ma jinghatax ghajnuna filwaqt li min jaqa’ taht kategoriji inqas jinghataw vouchers, liema vouchers gieli jkunu ta’ ftit ewro.

Semma’ kazijiet li hargu fil-Malta Independent iktar kmieni din il-gimgha fejn nies rcevew il-vouchers qabel il-kontijiet. Meta dawn ircevew il-kont tad-dawl u l-ilma u marru jsarrfu l-voucher waqt li jhallsu l-kont intqal lilhom li l-voucher lahaq skada u li jekk ma jhallsux il-kont kienu se jehlu multa. Daqstant il-burokrazija qed ixxekkel anke lill-iktar nies vulnerabbli, qal Dr Muscat.

Il-Mexxej Laburista sostna li dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, il-PL ta proposti kemm fl-ewwel budget ta’ din il-legislatura u anke qabel il-budget li ghadda. L-ahhar wahda kienet li b’sempliciment bidla fil-formula ta’ kif jinhadmu l-kontijiet, il-piz tad-dawl u l-ilma kien jitnaqqas minn fuq il-poplu bi €15-il miljun. L-ewwel il-Gvern ma rreagixxiex, imbaghad ipprova jghid li ma tistax issir, issa qed jghidu li tista’ ssir, imma jekk issir ma tinghalaqx il-power station tal-Marsa. Huwa sostna li l-PN ilu jwieghed li se jaghlaq il-power station tal-Marsa 20 sena shah u allura issa se jitfa’ l-piz ta’ €15-il miljun fuq in-nies.

 

€450 miljun dejn fuq l-Enemalta

Joseph Muscat qal li din il-gimgha kellna sintomu iehor ta’ kif dan il-gvern jinsab dahru mal-hajt, meta saret ammissjoni mill-Ministru Tonio Fenech li taht dan il-Gvern id-dejn tal-Enemalta lahaq l-€450 miljun.

Li ma qalx il-Ministru kien li nofs id-dejn ta’ l-Enemalta, €230 miljun, saru matul dawn l-ahhar sentejn wara li nehha s-sussidju, gholla l-kontijiet u ma sar l-ebda investiment.

Issa, qal Joseph Muscat, il-familji se jkunu qed jissussidjaw il-hela, inkompetenza u l-korruzzjoni.

Il-Mexxej Laburista qal li madankollu l-Gvern se johrog jghid li qed izomm mal-miri finanzjarji tieghu. Dan ghax l-Enemalta se tiddejjen €70 miljun biex tghaddihom lill-Gvern, liema flus li jehluhom xorta n-nies u l-familji habrieka Maltin u Ghawdxin.

 

€600 miljun ma jidhrux ghall-finijiet ta’ statistika

Dr Muscat semma bl-istess mod qed jitnehhew u mhux se jidhru fuq il-kotba tal-Gvern mat-80 ghal 100 miljun ewro fil-progett tal-Parlament. €58 miljun biex jixtri lura l-gidba li gideb lil tal-lina. L-€450 miljun f’dejn tal-Enemalta.

Dawn, qal Joseph Muscat, huma madwar €600 miljun li mhux se jkollhom fuq id-deficit nazzjonali ghall-fini tal-istatistika tal-UE, imma li finalment qeghdin jew mhumiex fuq il-kont tal-Gvern, xorta se jkunu qed jigu mhallsa mill-bwiet tal-familji Maltin u Ghawdxin.

Huwa sahaq li jispera li dak li jghodd illum ghall-fini ta’ statistika tal-UE, ikun jghodd ghada wkoll.

 

Diga’ thallsu €39 miljun lill-BWSC

Joseph Muscat semma kif filwaqt li Lawrence Gonzi waqqaf lill-Parlament milli jiddiskuti l-mozzjoni tal-Oppozizzjoni dwar il-Power Station ta’ Delimara minhabba li ghaddejja investigazzjoni tal-Awditur Generali, l-istess Gvern diga’ hallas €39 miljun lill-BWSC f’xoghol li sar diga’.

Sostna li bl-akbar arroganza Lawrence Gonzi u l-Gvern waqqaf lil kulhadd milli jiddiskuti dan il-progett u fl-istess hin kompla ghaddej bix-xoghol fuq il-power station minkejja l-investigazzjoni tal-Awditur.

Qal li Gonzi bilfors ta l-approvazzjoni tieghu biex gie ffirmat il-kuntratt, liema kuntratt gie ffirmat minn wara dahar kulhadd u ma stiednu lil hadd.

Aghar minn hekk, qal Dr Muscat, issa qed jinghad se nehlu penali ta’ €300 miljun jekk jaqa’ dan il-kuntratt u dan ghax gie ffirmat il-kuntratt, liema kuntratt kien iffirmat minkejja l-investigazzjoni tal-awditur. Dan huwa l-mod arroganti li bih jahdem dan il-Gvern.

 

Laqghat fi Franza fuq stedina tal-Gvern Franciz

Dr Muscat irringrazzja lill-Gvern Franciz u lill-Ambaxxata Franciza ghall-istedina li saritlu u laqghat fuq livell tekniku fuq temi li huma ta’ interess ghall-pajjizna.

Huwa qal iddiskuta punti fuq ippjanar u qasam ambjentali. Il-mod kif jinghataw permessi ghal certu zviluppi. L-accessibbiltà ghall-gzejjer u l-problemi li ggib maghha l-accessibiltà. Saru laqghat ukoll dwar il-management ta’ rizorsi skarsi bhal ma’ huma ilma f’Malta.

Joseph Muscat qal li saru laqghat fl-Ufficcju tal-PM Franciz u mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u gew diskussi l-budget tal-UE. Gew diskussi wkoll il-kwistjoni tal-immigrazzjoni illegali fejn ma kenitx sempliciment diskussjoni dwar solidarjeta imma dwar issues prattici dwar kif il-Frontex tista’ tissahhah. Kif ukoll giet diskussa s-sitwazzjoni tal-Grecja u dak li sab Gvern Socjalista wara t-tmexxija Konservattiva.

Dr Muscat qal li giet diskussa fit-tul il-mod ta’ kif Franza thejjijet ghall-Presidenza tal-UE u anke dwar id-dettalji teknici ta’ punti strategici.

Ghalina dan huwa punt importanti ghax il-gvern li jmiss se jkollu l-bicca xoghol difficli li jorganizza l-Presidenza. Irridu nippreparaw ghaliha bhala poplu wiehed biex din tkun esperjenza ta’ poplu shih. Ghall-isfida tal-Presidenza 2017 irridu nkunu pajjiz wiehed maghqud u nuru lid an m’huwiex pajjiz medjokri u li ahna poplu li hu ikbar mill-art li tilqaghna.

 

 
btnwhois
mep

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME