|
Vizjoni ghall-Partit Laburista
Vizjoni ghal Pajjizna: Malta, l-Aqwa fl-Ewropa
Vizjoni ghall-Partit Laburista
Il-Partit Laburista irid jilhaq u jizboq l-aspirazzjonijiet ambjentali, ekonomici, socjali u Ewropej tal-Maltin u Ghawdxin kollha. Irid ikun il-bazi li fuqu jinbena Moviment li jigbor flimkien lill-Progressivi u Moderati f' pajjizna biex b' hekk iwassal ghal Generazzjoni Rebbieha.
Biex naslu ghal dan il-ghan irridu nahdmu ghal bidliet fi hdan il-Partit Laburista sabiex inkunu nistghu nifthu Stagun Politiku Gdid f' pajjizna.
OBJETTIV 1: PARTIT LABURISTA POZITTIV
Partit li jkun pozittiv u proattiv. Iffittex l-Interess Nazzjonali, izzomm kontroll fuq il-Gvern u jhejji Programm ta’ Gvern ghall-elezzjoni li jmiss.
1. Billi jitwaqqaf Grupp ta’ Hsieb permanenti maghmul minn hassieba u mexxejja ta' l-opinjoni li jezamina r-rwol tal-Partit Laburista fis-socjeta’.
2. Billi l-Grupp Parlamentari u l-Ezekuttiv Nazzjonali ikunu mghejjuna fil-hidma taghhom minn teknici esperti f’ setturi differenti.
3. Billi d-djalogu mall-Gvern ikun miftuh u jpoggi l-Interess Nazzjonali qabel kollox. Il-principju li jiggwidana ikun li l-Partit Laburista ghandu r-responsabilita' li jirraprezenta nofs il-poplu u ghandu jkun rispettat u konsultat.
OBJETTIV 2: PARTIT LABURISTA GHAL KULHADD
Partit li ikun Partit Ewropew konvint fi hdan il-familja tas-Socjalisti Ewropej. Partit li jkun kapaci jilqa s-sehem ta’ kulhadd u johloq Moviment li jigbor flimkien lil Progressivi u Moderati fis-socjeta’ taghna.
4. Billi issir stedina pubblika lil dawk kollha li ma baqghux jidentifikaw ruhhom mall-Partit Laburista biex jergghu jissiehbu f’ dan il-moviment. Il-Mexxej jimpenja ruhu personalment f’dan l-ezercizzju.
5. Billi isir ri-avvicinament mall-mezzi tax-xandir kollha fil-pajjiz.
6. Billi isir sforz ta’ rikonciljazzjoni Nazzjonali mall-partiti politici l-ohra u partijiet ohra tas-socjeta’ dwar avvenimenti politici li sehhew fil-passat.
OBJETTIV 3: PARTIT LABURISTA B’MESSAGG CAR
Partit li jwessa il-firxa ta’ l-appell tieghu u tal-Moviment tal-Progressivi u Moderati.
7. Billi jkun l-aktar partit politiku Malti bi presenza qawwija online.
8. Billi jitwaqqaf Grupp ta’ Hidma biex janalizza s-sitwazzjoni fil-mezzi tax-xandir tal-Partit Laburista u kif dawn jilhqu ahjar l-ghanijiet taghhom.
9. Billi jigi kunsidrat it-twaqqif tat-tieni frekwenza tar-radju mmirata biss ghaz-zghazagh.
10. Billi jinbeda progett biex permezz ta’ involviment ta’ akkademici u veterani minn diversi oqsma, tigi migbura l-istorja tal-Partit Laburista bil-ghan li tigi ppublikata u mxandra.
11. Billi jitwaqqaf Grupp ta’ Hidma li jhejji Kodici ta’ Etika ghall-mezzi tax-xandir tal-Partit Laburista.
12. Billi titwaqqaf il-kariga ta’ Direttur tal-Kommunikazzjoni li jikkordina l-messagg b’ mod koerenti fuq dawn il-mezzi tax-xandir.
13. Billi Jitwaqqaf unit ghall-Marketing li jikkordina d-dehra tal-Partit Laburista.
OBJETTIV 4: PARTIT LABURISTA ORGANIZZAT
Partit fejn l-istrutturi strategici, amministrattivi u operattivi isiru iktar sinifikanti u li ikunu jirriflettu u jiffunzjonaw skond il-htigijiet tas-socjeta kumplessa li ninsabu fiha llum.
14. Billi titwaqqaf il-kariga ta’ Direttur tar-Rizorsi Umani li jara li l-Partit Laburista juza l-abiltaijiet ta' l-impjegati u l-voluntiera bl-ahjar mod possibbli u ssir sejha pubblika ghall-persuni li jridu jaghtu kontribut volontarju lill-Partit.
15. Billi jitwaqqaf Unit ta’ nies professjonisti fil-qasam finanzjarju biex jikkordinaw dan il-qasam.
16. Billi titwaqqaf, minghajr spejjez zejda, Rapprezentanza Ufficjali tal-Partit Laburista ghall-Unjoni Ewropea fi Brussel.
17. Billi jitwaqqaf Unit li jiffoka fuq programmi ta’ l-Unjoni Ewropea.
18. Billi jitwaqqaf Unit ghad-Djalogu Socjali li jiehu hsieb ir-relazzjonijiet mas-socjeta’ civili u organizazzjoniiet mhux governattivi.
19. Billi jitwaqqaf Policy Unit li jikkordina u jivverifika t-tfassil tal-policies tal-Partit Laburista permezz ta’ involviment ta’ politici u esperti.
20. Billi ikun hemm Forum tal-Kandidati li jiltaqa regolarment mat-tmexxija tal-Partit Laburista u mall-Kelliema tal-Partit Laburista dwar suggetti specifici.
OBJETTIV 5: PARTIT LABURISTA F’KUNTATT KONTINWU
Partit li jibni il-politika tieghu permezz ta’ kuntatt kontinwu mas-socjeta’.
21. Billi jitwaqqaf Call Centre fejn jigu milqugha, mghoddija u segwiti l-kuntatti kollha li jsiru mall-Partit Laburista. Dan bhala zvilupp tas-servizz ta’ Assistenza Cittadin.
22. Billi jinbeda programm li permezz tieghu kull sezzjoni tas-socjeta Maltija, fosthom dik l-organizazzjonijiet mhux governattivi u l-komunita’ kummercjali, ikollha kuntatt kontinwu mal-Partit Laburista.
23. Billi jitwaqqfu aktar rapprezentanzi tal-Partit Laburista f’ komunitajiet Maltin u Ghawdxin barra minn Malta sabiex dawn ikunu mgharrfa ahjar bil-policies u hidma tal-Partit Laburista.
24. Billi, permezz ta’ konsultazzjoni fuq livell nazzjonali u lokali, il-Partit Laburista jara li jkollu rapprezentanza usa tas-socjeta’ fi hdanu.
25. Billi t-tmexxija tal-Partit Laburista timpenja ruhha li zzomm laqghat mall-kumitati u ferghat darba kull sitt xhur.
26. Billi jitfassal progett specifiku ghal kuntatt mall-komunitajiet f' Ghawdex.
OBJETTIV 6: PARTIT LABURISTA TA’ OPPORTUNITAJIET
Partit li jigi identifikat ma’ dik il-politika li toffri opportunitajiet ghal kull min ghandu r-rieda u hegga biex jilhaq orizzonti godda f’hajjitha/hajtu.
27. Billi jinghata aktar tahrig permezz ta’ esperti, u anki barra minn pajjizna, ghal persuni involuti fil-Partit Laburista. Dan isir fost l-ohrajn permezz tal-kuntatti li jezistu ma’ partiti progressivi minn madwar id-dinja.
28. Billi jigu offruti bursaries mill-Partit Laburista, specjalment f' istituzzjonijiet Ewropej, lil zghazagh li jippromettu.
29. Billi zghazagh jinghataw opportunita’ ta’ zmien ta’ esperjenza fil-Partit Laburista.
OBJETTIV 7: PARTIT LABURISTA TA’ IDEAT
Partit li, permezz ta’ l-istrutturi godda tieghu jaghti l-possibilta’ lil kull individwu biex tressaq/jressaq ideat u proposti personali.
30. Billi jitwaqqaf il-“Forum ta’ l-Ideat” fejn kull persuna tkun tista taghti l-ideat u suggerimenti taghha ghal proposti Laburisti.
31. Billi jitwaqqfu Gruppi ta’ Hsieb dwar oqsma ewlenin tal-politika lokali, Nazzjonali u internazzjonali biex jghinu fit-tfassil kontinwu tal-politika gdida Laburista f’ dawn l-oqsma.
OBJETTIV NRU. 8: PARTIT LABURISTA AMBJENTALI
Partit li jsahhah il-kredenzjali ambjentali tieghu u jfittex li juza prattici Ewropej fil-qasam ta’ l-energija u ambjent.
32. Billi ssir review ambjentali tal-prattici uzati fic-Centru Nazzjonali Laburista bil-ghan li jitnaqqas il-konsum u jizdied l-uzu ta' energija alternattiva u nadifa, u jigi generat inqas skart.
33. Billi dan iservi ta’ progett pilota li fuqu jkunu incentivati biex jimxu c-Centri Laburisti madwar Malta u Ghawdex.
34. Billi l-Kunsilli Lokali b’maggoranza Laburista u dawk il-Kunsilliera li jinsabu f’minoranza jahdmu aktar biex il-Kunsilli Lokali juzaw prattici ambjentali fil-komunitajiet i jirraprezentaw.
OBJETTIV 9: PARTIT LABURISTA ATTWALI
Issir revizjoni ta’ l-Istatut biex permezz tieghu l-istrutturi tal-Partit Laburista jaggornaw ghal din il-generazzjoni u ohrajn futuri.
35. Billi fost il-proposti li jigu miftuha ghad-diskussjoni jkun hemm li l-Assemblej jinhataw dimensjoni statutorja u jkunu miftuha ghal membri.
36. Billi l-Konferenza Generali titwal permezz ta’ laqghat ghad-delegati fejn jigu diskussi u dibattuti policies, kif ukoll jigu mizghuda permezz ta’ kelliema minn sezzjonijiet differenti tas-socjeta’ kif ukoll minn barra l-pajjiz.
37. Billi jigi propost li fuq medda ta’ snin, il-Kunsilliera Lokali, li huma eletti direttament mill-poplu, jinghataw rwol akbar fid-decizjonijiet li jittiehdu.
38. Billi jigi propost li kariga fl-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista tkun responsabbli direttament mill-kordinament tal-hidma rigward Kunsilli Lokali.
39. Billi l-Kumitati Lokali jissahhu halli ikomplu jsiru l-punt fokali ta' l-involviment tal-Partit Laburista f' kull komunita'.
40. Billi r-revizjoni ta’ l-Istatut tal-Partit tinghata prijorita fl-ewwel sena. Dan isir permezz ta’ Kummissjoni li titwaqqaf apposta ghal dan il-ghan u li tiltaqa ma’ l-istrutturi kollha tal-Partit sabiex tigbor ideat, suggerimenti u proposti. Wara, bis-sehem ta’ professjonisti minn bosta oqsma, fosthom mill-qasam legali, jitressqu ghad-diskussjoni proposti biex l-Istatut tal-Partit jittejjeb mil-lat prattiku, politiku u legali.
Nota: Il-proposti imsemmija huma bbazati fuq il-premessa li jigu ffinanzjati primarjament permezz ta' rilokazzjoni ta' rizorsi ezistenti fi hdan il-Partit Laburista.
Vizjoni ghal Pajjizna: Malta, l-Aqwa fl-Ewropa
Insiru l-aktar socjeta’ dinamika fl-Unjoni Ewropea fejn flimkien niksbu l-oghla livelli ambjentali, ekonomici u socjali - Socjeta’ fejn kulhad jinghata l-ispazju biex jirnexxi u jimxi ‘il quddiem.
Stagun Politiku Gdid
Minn issa hemm bzonn li nifthu Stagun Politiku Gdid f’ pajjizna biex verament nimxu ‘il quddiem u nsiru pajjiz Ewropew bil-fatti:
- L-Oppozizzjoni, li tirraprezenta nofs il-poplu, trid tkun rispettata u kkonsultata tul il-legislatura kollha.
- Il-meritkorazija u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni politika jkunu principji ewlenin fl-impjiegi u l-hatriet ta' karigi pubblici. Bhala punt tat-tluq, il-Gvern ghandu jimplimenta d-decizjonijiet kollha tat-Tribunal ta’ Kontra l-Ingustizzji u ta’ l-Ombudsman.
- Issir ir-riforma mehtiega fix-Xandir tal-Istat biex jigi garantit bilanc u li jkunu rispettati normi Ewropej f’dan il-qasam.
- Jitwaqqaf Kumitat Parlamentari Kongunt li jfassal u jirregola l-ippjanar, l-immaniggjar u l-infiq tal-Fondi Strutturali ta’ l-Unjoni Ewropea f’Malta.
- Tiddahhal Ligi tal-Finanzjament Pubbliku tal-Partiti li tobbliga ukoll trasparenza fl-iffinanzjar ta’ l-istess partiti politici.
- Tigi aggornata l-Ligi Elettorali sabiex tirrifletti r-realtajiet ta’ pajjizna u sabiex jigu evitati abbuzi.
- Tiddahhal Ligi li biha tkun ikkontrollata l-hidma tal-Gvern waqt kampanja elettorali biex jigi evitat abbuz ta’ poter.
10 Prijoritajiet ghal Pajjizna
Sabiex jilhaq u jizboq l-aspirazzjonijiet ambjentali, ekonomici u socjali tal-Maltin u l-Ghawdxin, il-Partit Laburista bhala l-bazi tal-Moviment tal-Progressivi u Moderati, ippoggi quddiemu dawn il-prijoritajiet ghal meta jkun fil-Gvern:
1. Fl-Ambjent iridu jintlahqu l-aqwa livelli Ewropej bil-prijoritajiet ewlenin ikunu t-tnaqqis tat-tniggiz fl-arja, l-izvilupp sostenibbli, it-twettiq ta' Strategija Nazzjonali li thejji ghall-isfidi li jgibu maghhom it-tibdil fil-klima u l-bzonn ta' investiment fl-Energija Alternattiva u Nadifa.
2. Fl-Edukazzjoni jigi mfittex konsensus nazzjonali fejn permezz ta' dibattitu shih u trasparenti jigi zgurat li l-istudenti kollha jkollhom il-hiliet bazici u mehtiega, kif ukoll li jintlahqu u jinqabzu il-miri ta' l-istrategija ta' Lisbona.
3. L-Ekonomija tinghata l-incentivi kollha biex tkompli tikber, filwaqt li jitharsu d-drittijiet tal-konsumaturi. Dan jinkludi tnaqqis fit-taxxi, tnaqqis tal-burokrazija, tnaqqis fl-ispejjez kawzati mill-Gvern, infiq pubbliku sostenibbli u aktar incentivi lill min ihaddem biex ikompli johloq ix-xoghol u ihares l-ambjent.
4. Il-valuri tal-Gustizzja Socjali jibqghu prijorita’ ewlenija bil-ghan li l-gid igawdi minnu kulhadd, jitjieb il-livell ta’ l-ghixien tas-setturi kollha tas-socjeta’, jitnaqqas il-faqar relattiv u jithassar il-faqar assolut.
5. Fil-qasam tax-Xoghol l-ghan ewlieni taghna huwa dak ta’ full employment. Il-kundizzjonijiet tax-xoghol, partikolarment ta’ dawk il-haddiema mhux unjonizzati u prekarji, jridu jigu mharsa, msahha u mtejjba. Irid jinstab bilanc ahjar bejn ix-xoghol u l-hin hieles ghal familja.
6. Is-servizz tas-Sahha Pubblika, li ghandu jkun ta’ l-aqwa livell, jibqa b'xejn ghal kulhadd u b'aktar enfasi fuq il-prevenzjoni, il-kura primarja, investiment fir-rizorsi umani u l-introduzzjoni ta’ drittijiet godda ghal pazjenti u l-familji taghhom.
7. Id-Drittijiet Civili tac-cittadini jigu mharsa, msahha u mwessgha biex jirriflettu aktar ir-realtajiet tas-socjeta’ tal-lum, jassiguraw ugwaljanza u jharsu l-minoranzi.
8. It-Teknologija ta’ l-Informatika, ir-Ricerka u l-Innovazzjoni isiru accessibbli ghal kulhadd, bl-access ghall-internet jibda jitqies bhala dritt baziku ghal kull individwu.
9. Id-Djalogu mas-Socjeta Civili, l-Ghaqdiet Mhux Governattivi u Kunsilli Lokali jikber u jissahhah anke billi r-rwol tal-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali jitwessa u jinghata funzjoni pre-legislattiva fejn jaghmel rakkomandazzjonijiet fuq ligijiet qabel jigu diskussi fil-Parlament.
10. Ninvestu aktar fl-Gharfien Kulturali u Sportiv anki permezz ta' progetti kapitali li mhux biss isebbhu imma li joholqu kuncetti godda dwar kif il-Pajjiz jista’ jisfrutta pozittivament l-assi tieghu.
<< BACK
|