Punt numru 1
Jiena fi ħsiebi li nara li l-ħaddiema Maltin u Għawdxin, kemm hu possibbli, iżommu d-dritt li jiddeċiedu huma kemm jagħmlu sahra filwaqt li l-aspetti ta' saħħa u sigurta' jiġu rispettati bi sħiħ.
Point 1
Joseph will see that Maltese and Gozitan workers retain as much as possible the right to decide the amount of overtime they want to work with full respect of health and safety implications.
Punt numru 2
Jien nagħfas ukoll għat twettiq ta' sistemi li permezz tagħhom istituzzjonijiet finanzjarji jibdew jagħtu nifs għal dejn fuq djar jew bini, għal perjodu ta' żmien stabbilit minn qabel, lil familji ta' haddiema li jispiċċaw bla xogħol.
Point 2
Joseph will also press for the implementation of systems whereby financial institutions start giving breathing space from mortgage repayments, for pre-established periods of time, to the families of those workers who are made redundant.
Punt numru 3
Ser naħdem bla heda biex inħajjar investiment ġdid u aktar turisti lejn Malta u Għawdex. Qed noffri l-għajnuna tiegħi ukoll biex inwaqqaf kuntatti għal Maltin u Għawdxin li jaħdmu għal rashom kif ukoll għal kumpaniji.
Point 3
Joseph will work relentlessly to attract new investment and tourism towards Malta and Gozo. He is also offering his help in establishing contacts for Maltese and Gozitan self-employed and companies.
Punt numru 4
Ser niddedika r-riżorsi u l-ħiliet tiegħi biex ngħin il-kunsilli lokali, lil organiżżazzjonijiet filantropici u assoċjazzjonijiet lokali, jakkwistaw fondi mil l-Unjoni Ewropeja b'mod aktar faċli. Ser nippromwovi l-aspett reġjonali ta' Għawdex, il-Kottonera, it-Tramuntana, iċ-Ċentru u n-Nofsinhar ta' Malta. Nagħti prijorita' lil proġetti ambjentali u soċjali.
Point 4
Joseph will dedicate his resources and expertise to help local councils, non-governmental organisations and local associations access European Union funds in an easier manner. Joseph will also be promoting the regional aspect of Gozo, Cottonera, the North, Centre and South of Malta. Priority will be given to environmental and social-related projects.
Punt numru 5
Għallinqas darba kull sitt xhur, jien ser nagħmel laqgħa pubblika f'kull distrett elettorali. Dal-laqgħat, miftuħin għal kullħadd, jgħinu biex il-pubbliku ikun mgħarraf sew dwar ix-xogħol li jkun qiegħed isir filwaqt li nagħti l-opportunita' liċ-ċittandini li jagħmlu l-mistoqsijiet u s-suġġerimenti tagħhom.
Point 5
Joseph will hold regular public meetings, at least once every six months, in each electoral district. These meetings, which would be open for everybody, would allow the public to be informed on the work being carried out and would give the opportunity to citizens to ask questions and air suggestions.


<< BACK

COPYRIGHT

DISCLAIMER

HELP

PRIVACY POLICY

CONTACT ME